Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 91

Judgement Details


Date
20/01/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH SCIBERRAS U MARIA LOURDES SCIBERRAS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITT TA' APPELL TAL-PARTI LEZA - KWERELA - PRESS ACT
Summary
F'din is-sentenza l-Qorti osservat li jekk quddiem l-Ewwel Qorti l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Pulizija Esekuttiva, nonostante li r-reat kien wiehed li jehtieg il-kwerela tal-parti leza, jekk hemm dritt ta' appell dan jispetta biss lill-Avukat Generali u mhux lit-tali parti leza, proprju ghax ma baqax parti fil-kawza. Meta l-legislatur qed jitkellem dwar "stampat b'tipi tipografici" ('printed intypographical characters"), fit-test Ingliz) (fl-Att Dwar l-Istampa - Kap. 248) l-enfasi mhix fuq il-process tipografiku izda fuq ir-rizultat li wiehed jara stampat quddiemu, jigifieri li jara r-rizultat bhalma jhallu t-tipi li jintuzaw fil-process tipografiku. Jekk il-process ikunx dak tipografikuklassiku ("composing type and printing from it", Collins English Dictionary, "v. typography"), jewprocess jew sistema, sia mekkanika kif ukoll ettronika jew kombinazzjoni tat-tnejn, li taghti rizultat finali simili ghal dak tipografiku (bhal, per ezempju, phototypesetting, l-uzu ta' typewriter, l-uzu ta' printer tal-kompjuter, diversi forom ta' offset printing) hu rrelevanti. Jekk, mill-banda l-ohra, l-ittra saret bit-typewriter, din ukoll tammonta ghal kitba stampata b'tipi tipografici. Ghar-rekwizit tal-pubblikazzjoni msemmi fil-Kap. 248, stampat jigi ppubblikat anke jekk jigi kkomunikatjew imgharraf lil persuna wahda. Fejn il-ligi riedet li certi pubblikazzjonijiet jew komunikazzjonijiet ikunu privileggjati fis-sens li ebda azzjoni ma tkun tista' tittiehed dwarhom, dan qalitu espressament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info