Reference: Volume 81 (1997), Part No. 4, Section , Page 166

Judgement Details


Date
16/05/1997
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
IL-PULIZIJA vs OLAF CINI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BIGAMIJA
Summary
Wiehed mill-estremi tar-reat tal-bigamija mhux biss l-ezistenza, izda l-validita' ta' l-ewwel zwieg.Tribunal penali ma jkunx is-sede proprju li fiha tigi diskussa u deciza l-validita' o meno ta' zwieg. Di fatti decizjoni minn tali tribunal fuq il-validita' o meno ta' zwieg ma taghmilx stat fic-civil. Ghalhekk ikun jista' jigri li wara li l-Qorti Kriminali tkun iddecidiet li z-zwieg precedentikien validu u konsegwentement issib lill-akkuzat hati ta' bigamija, il-Qorti Civili tippronunzja n-nullita' ta' dak iz-zwieg meta l-konjugi erronjament ikkundannat bhala bigamu jkun skonta l-piena kollha jew in parti inflitta lilu mill-Qorti Kriminali ghal reat li hu ma jkunx ikkommetta ghaliex inezistenti. Sitwazzjoni bhal din tkun ovvjament kontra l-oghla dettami tal-gustizzja kriminali. Ir-raison d'etre tar-reat tal-bigamija ovvjament hu li jkun odjuz li ragel fl-istess hin ikun mizzewweg ma' iktar minn mara wahda u mara ma' aktar minn ragel wiehed. Il-legislatur ghalhekk jivvjeta l-bigamija. Il-legislatur jikkunsidra l-ksur ta' dan id-divjet bhala oltragg di fronti l-konjugi li tigingannata u ttradita mill-parti bigamu jilledi l-unita' taz-zwieg protetta mil-legislatur fl-interessanke pubbliku. Ghalhekk il-legislatur jivvjeta l-bigamija u jippunixxi lil min jikkommettiha. Mhux koncepibbli li hsara bhal din, lill-konjugi, lill-familja u lill-ordni pubbliku tissucciedi f'kazli z-zwieg precedenti ma jkunx validu. Jigifieri f'kaz li l-ewwel zwieg, ghalkemm jista' jkun "legittimu", ikun null, allura ma jkunx hemm lok ghall-protezzjoni tal-familja u tas-socjeta', proprju ghaliex dawn ma jkunux gew realment lezi. Konsegwentement ma tistax tkun l-intenzjoni tal-legislaturli jimponi piena f'kaz li l-ewwel zwieg ma jkunx validu, f'kaz jigifieri fejn hemm zwieg wiehed bissvalidu, u ghalhekk fir-realta' m'hemmx bigamija. Ghalhekk, l-element in kwistjoni tar-reat tal-bigamija huwa zwieg precedenti validu, mhux biss legittimu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info