Reference: Volume 37E (1953), Part No. 4, Section , Page 1187

Judgement Details


Date
07/11/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANGELO GRIMA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FINANCE DEFENCE REGULATIONS, 1952" - "NON BIS IN IDEM" - CERTIFIKAT TAL-GVERNATUR - ESPORTAZZJONI - PRESKRIZZJONI - REG. 17 U 23C. NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 214/1942
Summary
F'kaz ta' vjolazzjoni tal-Finance Defence Regulations ta' l-1942, ic-certifikat tal-Gvernatur huwa "conclusive evidence" biex jipprova meta l-Gvernatur gie a konjizzjoni ta' provi sufficjenti fl-opinjoni tieghu biex jiggustifikaw prosekuzzjoni ghal dik il-vjolazzjoni; u jekk bejn id-data li fiha, skond dak ic-certifikat, il-Gvernatur gie a konjizzjoni ta' dawk il-provi, u d-data meta nbeda l-procediment, jidher li ma ghaddewx tliet xhur, l-azzjoni penali ghal dik il-kontravvenzjoni ma hix preskritta. Biex jista' jinghad li hemm estinzjoni ta' l-azzjoni penali minhabba sentenza precedenti, hemm bzonn li jkun l-istess fatt fizikament rigwardat. Jekk ikun l-istess fatt, allura hemm il-gudikat, avvolja l-Pulizija tkun, qabel, iddeduciet titolu ta' reat divers minn dak dedott f'gudizzju posterjuri fuq l-istess fatt; meta hemm, invece, zewg fatti materjalment distingwibili, ma hemmx l-ostakolu tal-gudikat. Il-fatt li l-imputat ma obdiex "direction" lilu moghtija mit-Tezorier tal-Gvern biex jaghti xi taghrif dwar il-fatti relativi ghal permess lilu moghti ghall-esportazzjoni ta' xi oggett taht il-"Finance Defence Regulations" u l-fatt li hu kiser xi kondizzjoni mposta f'dak il-permess,huma zewg fatti distingwibili; u ghalhekk, meta l-imputat huwa mharrek talli kiser xi kondizzjoni ta' dak il-permess, ma jistax jinvoka l-estinzjoni ta' l-azzjoni minhabba l-fatt li precedentement huwa kien gie kundannat talli ma obdiex dik id-"direction". Il-fatt li wiehed jikser il-kondizzjonijiet lilu mposti fil-permess ta' l-esportazzjoni ma jammontax ghar-reat ta' esportazzjoni bla permessprevist fir-regolament 17 ta' dawk ir-regolamenti. Imma dak il-ksur ta' kondizzjonijiet, mill-bandal-ohra, jaqa' taht it-tielet inciz ta' l-art. 23C.; u ghalhekk l-imputat, li ma jistax jigi ritenuthati ta' esportazzjoni bla permess, jista' jigi ritenut hati ta' ksur tal-kondizzjonijiet imposti fil-permess fl-istess kawza, minghajr ma hu ta' ostakolu l-fatt li fl-appell l-imputazzjoni ma tistaxtitbiddel; ghax meta l-imputazzjoni hija ta' esportazzjoni bla permess minhabba li kien hemm ksur ta' kondizzjoni tal-permess, l-addebitu ta' ksur tal-kondizzjonijiet tal-permess qieghed hemm, u ma jistax jinghad li hi kwistjoni ta' zieda jew alterazzjoni minn addebitu miktub fic-citazzjoni ghal iehor li ma hux miktub fiha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info