Reference: Volume 79 (1995), Part No. 2, Section 2, Page 750

Judgement Details


Date
31/01/1995
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., CAMILLERI JOSEPH D., MIFSUD BONNICI GIUSEPPE
Parties
AVUKAT DR. PIO VALLETTA LL.D NOE vs KONTROLLUR TAL-PROPRJETA' INDUSTRIJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KANCELLAMENT - TRADE MARKS
Summary
L-artikolu 95 tal-kapitolu 29 jaghti l-jedd lil sid it-trade mark ghall-uzu esklussiv tal-marka izdama jichadx id-dritt ta' terzi li jaghmlu talba gudizzjarja ghall-korrezzjoni jew thassir ta' registrazzjoni li tkun saret fir-Registru. Dan id-dritt ta' procediment huwa sancit u espressament rikonoxxut fl-artikolu 138 tal-Kapitolu 29. Il-ligi tippermetti r-registrazzjoni ta' ismijiet riprodottib'xi mod partikolari u li jintaghzel minn ohrajn (ara l-artikolu 80 (a) tal-Kapitolu 29) kif ukoll it-taghqid ta' kelma m'ohra, u b'dan il-mezz anke trade marks b'ismijiet inkluzi fihom ikunu registrabbli - izda dejjem f'dik il-forma partikolari u distintiva biss imma mhux ukoll l-isem u/ jew il-kunjom in generali. Wiehed mill-aspetti bazici tal-ligi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali huwa proprju dal li ma jkunx hemm konfuzjoni u konsegwentement nuqqas ta' protezzjoni ghal min jipposjedi proprjeta' industrijali. Il-protezzjoni skond l-Ordinanza in kwistjoni tigi fis-sehh in kwantu sehhet registrazzjoni f'Malta u mhux mo iehor kemm-il darba stabbilit li t-tieni applikant ma kien qatt irregistra lokalment, ma kienx ghamel opposizzjoni ghar-registrazzjoni mitluba fil-mument opportun u lanqas ma gab prova li nnegozja fis-suq Malti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info