Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 385

Judgement Details


Date
09/10/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMEL CAMILLERI U THERESE SIVE TESSIE AGIUS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
STQARRIJA
Summary
Ir-rilaxx ta` stqarrija da parti ta` min ikun qieghed jigi interrgoat mill-pulizija huwa fakoltattiv, fis-sens li dana m'ghandu l-ebda obbligu li jirrilaxxja stqarrija jew li jirrispondi ghal domandiposti lilu mill-pulizija. Min dan jirrizulta l-principju fondamenti li stqarrija trid tkun volontarja, umhux spontanea, sabiex ikollha valur probatorju. L-oneru tal-prova li starrija tkun saret volontarjament jaqa` dejjem fuq il-prosekuzzjoni, bhal kull prova ohra. Il-prosekuzzjoni ghandha taghtiprima facie evidence ta` l-ezistenza ta` dn ir-rekwzit, li malli jirrizulta sodisfatt, l-oneru tal-prova kuntrarja jigi spustat ghal fuq l-imputat jew akkuzat li jkun qed jallega li l-istqarrija tieghu kienet ittiehdet b'wiehd mill-metodi kkontemplati fl-artikolu 658 tal-Kodici Kriminali. Jekk l-imputat jew akkuzat jaghmel allegazzjoni li stqarrija ma ttihditx volontarjament, il-kriterju i ghandu jigi adottat huwa jekkm, il-fatti allegati minu, kinux talil i operaw fuqu b'mod li waslluh biex jghid dak li qal, li altrimenti ma kiens jghid. Fi kliem iehor, hu jrid jaghmel il-prova: Tal-fattiminnu allegati; u Li dawk il-fatti kellhom fuqu l-effett li huwa qed jallega. DAwn il-provi, biexikollhom l-effet desiderat minnu, iridu jiggeneraw dubbju ragonevoli li l-sitqarrija tieghu giet irrilaxxjata volontarajemnt. Id-dubbju rikjest mil-ligi ghandu jigi ggenerat, jew minn argumentazzjoni, jew minn fatti adegwatament ippruvati mid-difiza, sabiex dan id-dubbju jkkollu effett li jindebbolixxi serjament il-kaz tal-prosekuzzjoni. Sabiex stqarrija tkun volontarja, ma tridx tkun giet irrilaxxajta mill-imputat jew mill-akkuzat minhabba biza` li jista` jsofri xi pregudizzju, jew bit-tamalijkseb xi vantagg, jew minhabba xi forma ta` oppressjoni, bhala rizultat ta` intervent minn perusnata` awtorita`. L-inducement, cjoe` it-thajjir, oferta jew suggeriment ghandu jsir jew jigi kominukat lill-interrogat, ghalkemm mhux necessarju li dan isir direttament lilu. Punt iehor essemzjali ghar-rekwizit ta` inducement hu li dan isir minn dak lil-Inglizi jsejhulu a erson in authority, u li l-kliem li dan jghid ikun jireferi ghall-akuzi ta` reat u ghall-bidu tal-prcess kriminali in konnessjoni ma` l-istess reat li tieghu persuna tkun qed tigi investigata u interrogata. punt ioehor ferm imporatni li ghandu jigu kkunsidrat qabel ma jigi deciz jekk l-inducement jistax jirrendi l-istqarrijain kwistjoni wahda inammissibbli, huwa min ser jibbenefika minn tali inducement jistax jirrendi l-istqarrij in kwistjoni wahda inammissibbli, huwa min ser jibbenfika minn tali inducement. Fi kliem iehor, diskors ta` l-interrogatru fis-sens li terza persuna tkun ser tigi vantaggjata jew anke zvantaggjatha, dipendenti minn jekk l-imputat jew akkuzat jaghmilx stqarrija jew le, ma jirrendix dik l-istqarrija bhala wahda mehuda b'mod mhux volontarju, u allura hi ammissibbli u dan ghaliex il-kliem ghandu jirreferi ghal xi beneficcju jew vantagg li jista` jsib ruhu fih l-interrogat u b'referenza ghall-akkuzi u procediment fil-konfront tieghu biss, u mhux ghal xi akkuzi u procediment li jistghu jsiru fil-konfront ta` terzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info