Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 200

Judgement Details


Date
24/06/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs VINCENT GRIMA, MARIO CAMILLERI U CARMELO SIVE CHARLES BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DIKJARAZZJONI FALZA LILL-AWTORITA' PUBBLIKA - GURAMENT FALZ - KARTA TA' L-IDENTITA' - SENTENZA SOSPIZA
Summary
Fil-kaz ta' l-artikolu 108 (1) tal-Kodici Kriminali, li jitkellem dwar li wiehed "jahlef il-falz quddiem magistrat jew quddiem ufficjal iehor li jkollu s-setgha b'ligi li jaghti l-gurament", dak li trid tipprova l-prosekuzzjoni hu li min amministra l-gurament kellu s-setgha bil-ligi li jaghmel hekk.Fin-nuqqas ta' xi disposizzjoni ta' ligi li tipprovdi li persuna partikolari - jew persuna li tokkupa xi kariga partikolari - ghandha tali setgha, din is-setgha tinghata permezz ta' warrant mahrug taht l-artikolu 3 tal-Kap. 79 tal-Ligijiet ta' Malta. Dan il-warrant ma jammontax ghal ligi izda huwa fakulta' moghtija lil persuna partikolari li tamministra l-guramenti; u ghalhekk trid issir il-prova ta' din il-fakolta' hekk moghtija. Bil-kliem "vantagg jew beneficcju" il-Qorti ta' l-Appell Kriminali fehmet xi vantagg jew beneficcju li wiehed ikun legalment intitolat ghalih kemm-il darba jikkonkorru certi cirkostanzi, bhal, per ezempju, xi beneficcju tas-sigurta' socjali, ezenzjoni minn taxxa, ecc. Il-hrug ta' karta ta' l-identita' gdida mhi la vantagg u anqas beneficcju, izda hija s-setgha moghtija lill-awtorita' pubblika li tikkorrispondi ma' l-obbligu li wiehed ghandu li jkun fil-pussess ta' karta ta' l-identita' kif ipprovdut fil-Kap. 258 tal-Ligijiet ta' Malta. Anqas huwa "vantagg jew beneficcju" li wiehed ikun jista', bil-hrug ta' karta ta' l-identita' gdida, jizvija jew jinganna lil haddiehor. L-artikolu 28H (1) tal-Kodici Kriminali jitkellem dwar serq ricettazzjoni u frodi, izda jitkellem ukoll dwar "qligh iehor kontra l-ligi". B'dawn il-kliem il-legislatur ma riedx jintrabat ma' xi reat partikolari; dak li hu necessarju hu li jkun hemm vjolazzjoni tal-ligi li bhalarizultat dirett ikollha l-qligh ghall-hati b'dannu ghal haddiehor - il-parti offiza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info