Reference: Volume 82 (1998), Part No. 4, Section , Page 178

Judgement Details


Date
08/05/1998
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs MARIO MALLIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT
Summary
Ghall-finijiet ta' kawza penali meta l-imputazzjoni tipotizza r-reat kontravvenzjonali fl-artikolu 338 (z) tal-Kodici Kriminali, hu rrilevanti meta giet intavolata l-kawza ta' separazzjoni jew jekk intalbitx o meno proroga tad-digriet originali; galadarba l-ordni kkontenut f'dak id-digriet ma kienxgie espressament irrevokat jew altrimenti mibdul mis-Sekond' Awla jew mill-Prim' Awla (u salv il-prova ta' rikonciljazzjoni jew ta' dikjarazzjoni ta' Qorti ohra kompetenti li dak id-digriet jew dak l-ordni kien null) l-ordni ghall-hlas tal-manteniment jibqa' validu ghall-finijiet u effetti kollha ta' dan l-artikolu. Il-fatt li jkun hemm xi forma ta' ftehim bejn mara u ragel li jipprovdi ghal modalita' ta' manteniment differenti minn kif ordnat mis-Sekond' Awla, liema ftehim ma jkunx gie ssanzjonat minn dik il-Qorti, ma jistax jittiehed in konsiderazzjoni mill-Qorti ta' Gustizzja Kriminali ghall-finijiet ta' kawza penali. L-artikolu 338 (z) jikkontempla reat kontra l-ordni pubbliku, u mhuxreat kontra l-proprjeta' jew kontra l-persuna. Il-legislatur kjarament ried, anke bhala linja ta' public policy, li l-ordnijiet ta' Qorti Civili kompetenti in materja ta' manteniment jigu osservati indipendentement mill-volonta' tal-partijiet ikkoncernati (u salv dejjem l-effett ta' rikonciljazzjoniskond il-ligi). Hu sinifikanti infatti li ghall-prosekuzzjoni ta' dana r-reat mhix mehtiega l-kwerela tal-parti leza (bhalma hi, per ezempju, mehtiega fil-kaz tal-kontravvenzjonijiet ikkontemplati fl-artikolu 339 (1) (d), (e), (l) u (o) tal-Kodici Kriminali). Ir-reat hu prosegwibbli ex officio mill-Pulizija Esekuttiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info