Referenza: Volum 77 (1993), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 151

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/05/1993
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
EDDIE CACHIA vs DR. JOSEPH GALEA LL.D. ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUMMISSJONI GHALL-INVESTIGAZZJONIJIET TAL-INGUSTIZZJI - SMIEGH XIERAQ
Fil-Qosor
L-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikoklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedemjiggarantixxu d-dritt ghal smigh xieraq (fair hearing) kemm-il darba l-Qorti jew l-Awtorita' gudikanti mwaqqfa b'ligi tigi mitluba tiddecidi dwar l-ezistenza jew l-estensjoni ta' drittijiet jew obbligazzjonijiet civili jew dwar akkuza ta' reat kriminali. F'dawn il-kazijiet, il-Qorti jew awtorita' gudikanti ghandha tkun indipendenti u imparzjali. Il-proceduri ghandhom jinzammu fil-pubbliku, u lill-akkuzat jew lill-parti interessata ghandha tinghata l-fakulta' li jikkontrolla u jressaq il-provikollha biex isahhah it-tezi tieghu. Biex japplikaw dawn l-artikoli, il-Qorti jew awtorita' ghandhamhux biss tkun "awtorita gudikanti" izda trid ukoll tezercita dik l-awtorita' biex tiddeciedi dwar l-ezistenza jew l-estensjoni ta' drittijiet jew obbligazzjonijiet civili jew dwar akkuza ta' reat kriminali. Skond l-Att XV ta' l-1987, li holoq il-konvenzjoni ghall-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzja,din il-Kummissjoni ma kinitx mahsuba sabiex tiddetermina drittijiet jew obbligazzjonijiet izda sabiex tinvestiga rapport ta' individwu dwar ilment tieghu li hu garrab hsara jew ingustizzja bhala rizultat ta' xi distinzjoni eskluzjoni jew preferenza indebita ezercitata direttament jew indirettamentmill-gvern. ghalhekk il-Kummissjoni ghall-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzja ma hix "qorti" ghall-ghanijiet ta' l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, u d-dritt garantit b'dawk l-artikoli ma japplikax ghall-procedimenti quddiem il-Kummissjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni