Reference: Volume 33C (1947), Part No. 1, Section 2, Page 609

Judgement Details


Date
15/12/1947
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., GOUDER TANCRED
Parties
FRANCESCA MANCHE' vs ANTONIO BARTOLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"SOCIO DORMIENTE" - ART. 166 U 136 (1) TAL-KODICI TAL-KUMMERC, U ART. 2261 (F) TAL-KODICI CIVILI - ASSOCJAZZJONI IN PARTECIPAZZJONI - PRESKRIZZJONI - RINUNZJA - SOCJETA IRREGOLARI - STAT TA' KOMUNJONI
Summary
L-assocjazzjoni in participazzjoni ghandha bhala oggett operazzjonijiet wahda jew izjed, tal-kummerc, specjali jew determinati; u ghalhekk ma jistax jinghad li hemm assocjazzjoni in participazzjoni meta s-soci jkunu jezercitaw il-kummerc in generali, ghalkemm relativ ghal certu generu, f'hanut miftuh ghall-publiku. Barra minn dan, fl-assocjazzjoni in participazzjoni jrid ikun hemm socju wiehed biss li jidher quddiem it-terzi, mentri l-ohrajn ikunu s-"soci dormienti", u t-terzi jkunu jafu biss lil dak li jidher quddiemhom. Fin-nuqqas ta' dawn l-elementi, bejn il-partijiet ikun hemm socjeta' irregolari, u mhux assocjazzjoni in participazzjoni. Fis-socjeta' irregolari jezisti bejn il-partijiet stat ta' komunjoni, li ghalkemm ma jaghtix lis-soci l-azzjonijiet socjali, jaghtihom pero' l-azzjonijiet li johorgu minn dak l-istat ghall-imghoddi, fosthom dik ghal-likwidazzjoni u divizjoni tal-profitti. Il-preskrizzjoni ta' din l-azzjoni hija ta' hames snin mill-gurnata tax-xoljiment tas-socjeta'; u ma tistax tittiehed bhala rinunzjata sakemm ma jirrizultax li min ghandu dik il-preskrizzjoni favur tieghu kellu l-intenzjoni jirrinunzja ghaliha, jew li huwa uza xi espressjonijiet li jfissrub'mod mhux ekwivoku li huwa jrid jirrinunzja ghal dik il-preskrizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info