Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 5, Taqsima 1, Paġna 667

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/11/1990
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs EDWIN CIOFFI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"FACTS IN ISSUE" - AMMISSIBILITA' U RILEVANZA TA' PROVI - PROVA DWAR IL-KARATTRU TA' L-AKKUZAT - PROVA DWAR IL-KARATTRU U KONDOTTA TAL-VITTMA
Fil-Qosor
Il-Kuncett ta' ammissibilita' ma ghandux jigi konfuz ma' dak ta' rilevanza. L-ammissibilita' ta' prova propjament tirreferi ghal "le condizioni richieste dalla legge per essere ricevuto in giudizio"jew ghal "le condizioni giuridiche del mezzo di prova in se stesso". Veru li xi drabi l-kwistjoni ta' rilevanza tipprezenta ruhha marbuta ma' dik ta' ammissibilita', izda meta si tratta ta' mera kwistjoni ta' rilevanza "ut sic", din hija tradizzjonalement imhollija ghall-apprezzament ta' l-Imhalleffil-kompetenza tieghu. L-akkuzat jista' jgib prova dwar il-karattru tajjeb tieghu u meta jigri dandawn il-provi ghandhom ikunu limitati ghar-reputazzjoni generali u mhux ghal atti specifici jew opinjoni ta' xhieda, u salv li l-prosekuzzjoni jkollha d-dritt li tipproduci provi li juru l-kuntrarju,ghax allura l-karattru tajjeb ta' l-akkuzat isir "a point in issue". Kwantu jirrigwarda l-prova tal-karattru u kondotta tal-vittma, ma jistax jinghad b'mod assolut li tali prova hija dejjem u f'kullkaz inammissibbli ghax il-karattru jew il-kondotta tal-vittma jista' jkun a "a point in issu". Kwantu jirriwarda l-kondotta u l-karattru tal-mejjet, huma ammissibbli dawk ix-xhieda li jafu "di scienza propria" fuq il-karattru u l-kondotta tieghu, cjoe' r-reputazzjoni generali tieghu, indipendentement pero' mill-prova ta' incidenti partikolari li jistghu ma jkollhom x'jaqsmu xejn ma dak li jkun "in issue". M'ghandhomx jigu permessi provi intizi biex jigu ppruvati bihom incidenti partikolari tal-mejjet li fihom ma kien bl-ebda mod involut l-akkuzat personalment u li ma jkollhomx x'jaqsmu ma'xi wiehed mill-"facts in issue". Pero' tali kwistjoni mhix wahda ta' ammissibilita'




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni