Referenza: Volum 33B (1949), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 545

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/11/1949
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., GANADO E.
Partijiet
VICTOR TRAPANI NE. vs ANTHONY CASSAR TORREGGIANI, O.B.E.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"HOUSING COMMISSIONER" - BOARD TAL-KERA - HOUSING ACT, 1949 - LOKAZZJONI - REKWIZIZZJONI
Fil-Qosor
Meta l-Housing Commissioner ikollu idejh fond rekwizizzjonat u jallokah lil xi persuna biex tghammarfih, huwa jista' jintima lis-sid b'ittra ufficjal biex jirrkonoxxi lil dik il-persuna bhala inkwilin tieghu, u dan bis-sahha tal-Housing Act, 1949. Jekk is-sid jidhirlu li ma ghandhux jirrikonoxxi lil dik il-persuna, huwa ghandu, fi zmien xahar minn dik l-ittra ufficjali, jirrkorri quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili tal-Maesta' tar-Re biex jitlob li jigi dispensat mill-obligu li jaghmel dak ir-rikonoxximent billi jaghti ragunijiet li jiggustifikaw dik l-ezenzjoni; u jekk ma jaghmelx dik il-procedura f'dak it-terminu, huwa jigi li rrikonoxxa lil dak l-inkwilin. Is-sid jista jaghmel dan ir-rikonoxximent sija billi jaccetta lill-inkwilin espressament, sija tacitament billi ma jaghmel l-imsemmija procedura. Imma dak it-terminu ta' xahar huwa kollu a favur tas-sid; u l-Housing Commissioner ma jistax wara li jkun intima lis-sid bl-ittra ufficjali, jissospendi l-effetti taghha b'sempliciittra dipartmentali. Meta javvera ruhu dan ir-rikonoxximent, sija billi s-sid jirrikonoxxi espressament lill-inkwilin, sija billi ma jitlobx li jigi dispensat minn dak ir-rikonoxximent, il-Housing Commissioner ma ghandux aktar rapport mas-sid, u ma ghandux interess li jirrikorri quddiem il-Board tal-Kera biex jigi stabbilit il-kera xieraq tal-fond li jkun.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni