Referenza: Volum 33A (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 90

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/05/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
GIUSEPPE DEBONO ET. vs ANTONIO FALZON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1407 (1) (2) U ART. 1042 (2) TAL-KODICI CIVILI - DIGRIET TAS-SEKOND'AWLA - MINURI - OBLIGAZZJONI GHAL TERZI PERSUNI - PROMESSA TA` BEJGH - TERMINU
Fil-Qosor
L-effett ta' weghda ta' bejgh jispicca jekk l-accettant fi zmien tliet xhur min dak in-nhar meta seta' jsir il-bejgh ma jsejjahx lill-promittent, b'att gudizzjarju, biex jaghmel il-kuntratt, kemm il-darba ma jkunx gie miftiehem zmien itwal. Jekk il-bejgh ikun jiddependi minn proceduri quddiem is-Sekond'Awla, iz-zmien ta' tliet xhur jibda jghaddi minn meta jigi moghti d-digriet fuq dawk il-proceduri. L-accettant ma jistax jeccepixxi n-nullita' tal-weghda tal-bejgh fuq il-motiv li l-promittent obliga ruhu fl-isem ta' persuna li ma kellux ir-rapprezentanza taghha; ghax dak l-annullament ma jistax jigi nvukat hlief mill-persuna li a favur taghha huwa stabbilit. Ghalhekk ma ssehhx l-eccezzjonijekk il-promittent huwa missier li obliga ruhu fl-isem ta' uliedu minuri meta ma kellux il-patria potesta fuqhom ghax kien addekada minnha, jekk huwa jigi reintegrat mis-Sekond'Awla f'dik il-potestau jigi awtorizzat minn dik il-Qorti biex jaghmel il-bejgh fl-isem tal-minuri. Il-ligi tippermetti li wiehed jobliga ruhu ghal haga li ghandha tigi ezegwita minn hadd iehor. Dik l-obligazzjoni hija vinkolanti "inter contrahentes", u jkollha l-effett legali taghha jekk tigi ratifikata minn dik il-persuna l-ohra li tista' tezegwiha, jew, f'kaz ta' minuri, jekk tigi ratifikata mill-Qorti kompetenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni