Referenza: Volum 40C (1956), Parti Nru. 2, Taqsima 3, Paġna 671

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/01/1956
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
EMMANUELE SCIBERRAS vs GIORGIO BUHAGIAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2037 U 1036 TAL-KODICI CIVLI - BUONA FEDE - FIDEJUSSJONI - KANONIZZAZZJONI - MARA - NULLITA' - OBBLIGAZZJONI - SELF - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TITOLU
Fil-Qosor
Huwa veru li skond il-ligi l-fidejussjoni maghmula minn wara ghall-obligazzjoni ta` zewgha, minghajrl-awtorizzazzjoni tal-Qorti, ma tiswiex; u huwa veru wkoll li skond il-gurisprudenza, jekk iz-zewgkojugi jikkuntrattaw flimkien xi dejn li l-vantgg teighu jmur kollu eskluzivament favur ir-ragel, ul-mara ma jkollha ebda nteress f'dak id-dejn, l-obligazzjoni tal-mara ma jkollha ebda nteress f'dakid-dejn, l-obligazzjoni tal-mara tkun timmaskera fidejussjoni favur zewgha u tkun nulla jekk ma tkunx giet awtorizzata mill-Qorti. Imma l-gurisprudenza stabbiliet ukoll illi, jekk f'dik l-obligazzjonianki l-mara jkollha nteres, allura l-obligazzjoni ma tkunx tekwivali ghal garanzija, imma tkun verau propja obligazzjoni principali valida skond il-ligi. Gahldaqstant, jekk self ikun sar lir-ragelu l-mara flimkien biex iservi ghall-kura tal-mara, ma ghandhiex tigi ravvizata fl-obligazzjoni tal-mara ghal dak is-self il-garanzija projbita mill-ligi. Xejn ma jservi li fil-fatt il-flus ikunu servew ghal hag'ohra, jekk il-kreditu ma kienx jaf li kienu sejrin iservu ghal skop iehor; gghax il-kuntratti ghandhom jigu ezegwiti bil-bwona fede, jigifieri skond l-intenzjoni li kellhom il-partijiet ul-iskop li huma kellhom meta stipulaw l-kuntratt, u d-debituri, specjalment il-mara, ma jistghux javvantaggjaw ruhhom mil-mala fede taghha u mill-izball li fih bil-mala fede tghha stess hija tkun induciet lill-kreditur. Il-kreditur li jkollu titolu mhux obligat jitlob l-awtorizzazzjoni biex jezegwixxi t-titolu minflok il-kundanna tad-debitur ghall-hlas tal-kreditu rizultanti minn dak it-titolu, meta jkollu motiv jahseb illi d-drittijiet naxxenti mit-titolu teighu sejrin jigu kontestati mid-debitur. Jekk l-atteggjament tad-debitur ikun juri li hu behsiebu jgib il-quddiem il-kontestazzjoni tat-titolu, jaghmel sewwa, qabel ma jipprecedi ezekuttivament, jistavola l-procediment ghall-kanonizzazzjoni tal-kreditu teighu; u ghalhekk, f'dan il-kaz, l-ispejjez tal-kanonizzazzjoni ma ghandhomx jiguakkollati fuqu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni