Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 947

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
JOHN PORTELLI NOE vs LEONARD VASSALLO CESAREO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI KAMBJARJA - IMGHAXIJIET - PROVA TA' FIRMA FUQ KAMBJALA
Fil-Qosor
B'din is-sentenza l-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat sentenza tal-Qorti tal-Kummerc illi biha l-konvenut gie kkundannat ihallas is-somma ta' Lm2500 import ta' kambjala accettata u ffirmata minnu. Il-Konvenut appella fuq il-bazi illi ma saritx prova illi l-firma fuq il-kambjala kienet tieghu. Il-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat is-sentnza ta' l-Ewwel Qorti u ddikjarat illi kien kompitu tal-konvenutilli jressaq il-provi tieghu dwar din il-firma. Kull ma ghamel il-konvenut kien illi ddikjara illi l-firma fuq il-kambjala ma kinitx tieghu u strah fuq l-argument illi l-attur ma setax jikkonferma l-kuntrarju. Pero', kien jispetta lill-istess konvenut biex car u tond, jiddikjara li l-firma mhux tieghu. Kieku sar hekk l-istadju tal-provi kien jigi invertit u kien ikun l-attur li necessarjament kien ikollu jipprova xort'ohra bil-mezzi permessi bil-ligi, inkluz it-talba ta' perit tal-kaligrafija.Fis-sentenza taghha l-Qorti ta' l-Appell ikkonferat id-duttrina stabbilita illi hi regola fl-azzjonijiet kambjarji li l-kambjalijiet huma prova tal-kontenut taghhom. Fir-rigward tal-imghaxijiet fuqil-kambjala l-Qorti ta' l-Appell iddikjarat illi l-artikolu 258 tal-Kodici tal-Kummerc mhux applikabbli ghar-rapport kollu kambjarji u certamnt mhux applikabbli f'kaz fejn ir-rapport hu bejn it-traent li baqa' pussessur tal-kambjala u bejn id-debitur li accetta l-istess kambjala. F'kazijiet bhal dawn, huma applikabbli l-artikoli 1139 sa 1141 tal-Kodici Civili u ghalhekk l-imghaxijiet jghaddu minn dakinhar li l-obbligazzjon kellha tigi esegwita, cjoe' mid-data ta' l-iskadenza tal-kambjala.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni