Reference: Volume 76 (1992), Part No. 1, Section , Page 1

Judgement Details


Date
08/02/1992
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
IL-PULIZIJA vs LAWRENCE CUSCHIERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ORDNI TA' RIFERENZA - RETROATTIVITA' F'MATERJA KRIMINALI - SMIGH IMPARZJALI U PUBBLIKU - SMIGH XIERAQ - TRATTAZZJONI XIERQA
Summary
L-art 39(8) tal-Kostituzzjoni u 7 tal-Konvenzjoni jistabilixxu illi huwa dritt fundamentali li ebdaligi li tohloq reat jew piena ma jista' jkollha effett retroattiv. Ir-retroattivita' ghalhekk hijaeskluza b'mod assolut, in kwantu hija anti-kostituzzjonali u tkser drittijiet fundamentali, f'dawn iz-zewg kazijiet jew tipi ta' retroattivita'. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat is-sentenza tal-Prim' Awla tal-Qorti Civili in kwantu rriteniet illi fil-kaz prezenti billi la johloq reat gdid u lanqas piena gdida, l-akkuzat ma jistax jillamenta lezjonijiet tad-drittijiet, fundamentali msemmija f'dawn l-artikoli. Il-Qorti Kostituzzjonali sabet ukoll illi l-introduzzjoni ta' l-emenda ta' l-artikolu 639(3) tal-Kap. 9 ma jistax jinghad li jikser id-dritt ghat-trattazzjoni xierqa li jitolbu l-art39(1) tal-Kostituzzjoni u 6(1) tal-Konvenzjoni. Minkejja dak li ntqal fid-digriet ta' riferenza, il-kwistjoni fil-kawza kienet essenzjalment wahda ta' retroattivita'. Il-Qorti Kostituzzjonali ghandha l-gurisdizzjoni li tapplika u tittutela d-drittijiet u libertajiet fundamentali kif espressi fil-Kostituzzjoni u fil-Konvenzjoni - imma dan ma jaghtihiex il-monopolju ta' l-Applikazzjoni u t-tutelatad-drittijiet kollha li johorgu mill-ordinament guridiku ta' dawn il-Gzejjer, ibbazati fuq il-principju tal-Gustizzja. L-emenda in kwistjoni saret fil-kuntest ta' ligi gdida li holqot Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni. Emenda ta' tenur generali saret permezz ta' ligi specjali. Konsegwentement il-Qorti Kostituzzjonali ma setghatx teradika l-Gurisdizzjoni taghha billi d-direttiva ta' l-artikolu 639(3) f'kull forma taghha kienet lill-Gudikant. Il-Qorti Kostituzzjonali ghalhekk irrevokat is-sentenza appellata in kwantu ddikjarat li kien hemm lezjoni ta' l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u art 6(1) tal-Konvenzjoni u rrinvijat l-Atti lura lill-Qorti tal-Magistrati - Malta ghat-trattazzjoni u decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info