Referenza: Volum 45A (1961), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 76

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/04/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
PROF. DR. JOSEPH GALEA, M.B.E. vs SALVATORE GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 10(A) TAL-KAP. 109. - ART. 1653 TAL-KAP. 23 - BORD TAL-KERA - DANNI FIL-FOND MIKRI - HANUT - LOKAZZJONI - TIBDIL STRUTTURALI
Fil-Qosor
L-interpretazzjoni tal-pattijiet fi skrittura ta' lokazzjoni tikkostitwixxix punt ta' ligi. Biex il-lokatur ikun jista' jirrifjuta r-rilokazzjoni lill-kerrej minhabba hsara maghmula minnu fil-post mikri, il-ligi tezigi illi l-hsara ikun "hafna", "considerable". Jekk fond jigi mikri bhala hanut, ghad li jkun ukoll adibit ghall-abitazzjoni, u l-uzu tal-fond bhala hanut ma jkunx limitat ghal partideterminata tal-fond, il-kerrej ma jikserx il-pattijiet tal-lokazzjoni billi juza bhala hanut ankixi parti ohra tal-fond, sakemm b'dan l-uzu hu ma jikserx xi projbizzjoni li tkun saritlu fil-kuntratt tal-lokazzjoni. Apparti minn patti espressi, il-kerrej ma jistghax, waqt il-kiri, jaghmel tibdilfil-fond minghajr il-permess tas-sid; dan, pero', ma jfisserx illi l-kerrej ma jista' jaghmel ebda modifika fil-fond, anki jekk tkun necessarja jew utili ghad-dgawdija tieghu. Hu jista' jadatta l-haga ghall-konvenjenzi u l-bzonnijiet tieghu, salv li fi tmiem il-kirja huwa jerga jqieghed kollox fl-istat pristinu, jekk hekk ikun jezigi s-sid.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni