Reference: Volume 45A (1961), Part No. 1, Section 1, Page 42

Judgement Details


Date
10/02/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Parties
ANTHONY CALLEJA ET. vs CARMELO DEBONO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 10(A) TAL-KAP. 109. - BORD TAL-KERA - LOKAZZJONI - MOROZITA' FIL-HLAS TAL-KERA APPELL
Summary
Il-kwistjoni jekk interpellazzjoni tal-lokatur lill-kerrej ghall-hlas ta' kera aktar minn dak dovuthijiex valida jew le ghall-finijiet tal-morozita' kontemplata mill-ligi hija kwistjoni legali, li tirrendi appellabbli s-sentenza tal-Bord li tiddecidi dik il-kwistjoni. Interpellazzjoni ghall-hlas tal-kera bis-sitt xhur mentri l-kera hu pagabbli bil-tliet xhur mhix attendibbli ghall-finijiet tal-morozita'; u ma ghandux rilevanza l-fatt li l-inkwilin, interpellat biex ihallas bis-sitt xhur meta l-kera hu pagabbli bit-tliet xhur, ma jkunx offra li jhallas bit-tliet xhur, jew ma jkunx iddepozita.Ghax dik l-interpellanzzjoni ma kienetx skond il-ligi, u ebda konsegwenza ma setghet tipproduci ghall-finijiet tal-morozita'. Il-mod tal-hlas tal-kera huwa wahda mill-kondizzjonijiet importanti tal-lokazzjoni, u specjalment tar-rilokazzjoni; u dik il-kondizzjoni ma tistghax titbiddel mill-lokatur"marte proprio". Meta l-lokatur jitlob kera ta' sitt xhur waqt illi l-kera "dovut" hu dak ta' tliet xhur, huwa jagixxi arbitrarjament, u dik l-interpellazzjoni ma tistghax tittiehed f'konsiderazzjoni. Trattandosi ta' kondizzjoni espressament imposta mill-ligi ghall-finijiet tad-dekadenza minn dritt importanti li l-ligi in generali saret biex tipprotegi, wiehed ghandu jkun ferm rigoruz fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info