Reference: Volume 43A (1959), Part No. 1, Section 1, Page 73

Judgement Details


Date
23/01/1959
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
LOUIS PAPAGIORCOPULO vs AVUKAT DR. JOHN PULLICINO NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI - SENTENZA
Summary
Sentenza tal-Board tal-Kera bazata fuq il-konsiderazzjoni illi l-"alternative accomodation" offertalill-intimat "hija sufficjenti" ghalieh, ghandha motivazzjoni ambigwa, li ma tissoddisfax ir-rekwiziti stabbiliti mill-ligi. Il-kelma "sufficjenti", uzata riferibbilment ghall-komoditajiet jew ambjenti offerti donnha taccenna biss ghal dak li hu "estensjoni", ossija daqs taghhom, mentri skond il-ligi, meta l-akkoljiment tat-talba tal-lokatur ghar-ripreza ta' pussess tal-fond hu bazat fuq l-ezistenza ta' "alternative accomodation" ghall-kerrej, jehtieg li dik l-"accomodation" tkun, ghas-sodisfazzjoni tal-Board, ragjonevolment adatta ghall-mezzi tal-kerrej, ghar-rigward mhux biss tad-daws, izdawkoll karattru jew xorta, kif ukoll tal-vicinanza ghall-post tax-xoghol, jekk ikun il-kaz. Hu ghalhekk deziderabbli, mhux biss, izda necessarju, illi fil-motivazzjoni jintuza kliem li juri illi l-Board zamm quddiem ghajnejh u kkunsidra l-elementi kollha li jkunu jaghmlu ghall-kaz. Wara li esponiet dawn il-principji, f'kaz prezenti, il-Qorti tal-Appell ezaminat l-"alternative accomodation" offerta u sabet li ma kienetx adattata ghall-intimata, la ghal dak li hu daqs u lanqas ghal dik li hi sura, bhala z-zewg kriterji applikabbli ghall-kaz; u prevja revoka tas-sentenza tal-Board tal-Kera, cahdet it-talba tal-lokatur ghar-ripreza ta' pussess tal-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info