Referenza: Volum 43A (1959), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 55

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/01/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EMMANUELE SCICLUNA vs AVUKAT DR. SPIRIDIONE CAMILLERI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ELECTA UNA VIA" - ART. 1112 KAP. 23. - BEJGH - EZEKUZZJONI SPECIFIKA - GUDIKAT - KUNTRATT - PATT KOMMISSORJU - REXISSJONI
Fil-Qosor
Il-patt kommissorju jaghti lill-kontraent wiehed, kontra l-kontraent l-iehor inadempjenti, ix-xeltali jitlob jew ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt jew l-ezekuzzjoni tieghu. Hu generalment ammess, f'din il-materja, illi l-fatt li l-kontraent jagixxi, l-ewwel, ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt, ma jipprekludiehx li, mbghad, jippromwovi l-azzjoni ghar-rizoluzzjoni; u viceversa; ghalkemm jista' jkun hemm kazijiet fejn l-inkompatibbilita' bejn domanda u ohra tista' ggib ir-recess minn wahda minnhom. Fil-kaz ta' min jitlob l-ezekuzzjoni tal-kuntratt, l-ewwel, u wara jitlob ir-rexissjoni tieghu, pero', din l-inkompatibbilita' bhala massima, ma tirrikorrix. Imma ma hemmx lok aktar ghal din ix-xelta, ossija ozzjoni, tal-kontraent, jekk fuq l-azzjoni l-ewwel maghzula jkun intervjena gudikat favorevoli ghalieh bejnu u l-kontraent l-iehor; ghax allura jidhol l-element tal-pregudizzju tal-kontraent l-iehor, in kwantu li dan jitlef il-pozizzjoni stabbilita bil-gudikat. L-azzjoni, ghalhekk, hemm lok ghaliha waqt li l-ewwel kawza tkun ghadha miexja, imma mhux wara li tkun giet maqtugha b'sentenza li ghaddiet f'gudikat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni