Reference: Volume 42F (1958), Part No. 4, Section , Page 1536

Judgement Details


Date
06/12/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMEL ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 17(2) TAL-KAP. 105 - ART. 6 TAL-ART. XXVI TAL-1956 - ART. 69 TAL-KAP. 13 - LICENZA TAS-SEWQAN - SOSPENSJONI - TALBA TAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - TRAFFIKU
Summary
Il-Ligi dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap.105) hija ligi specjali, li tezigi t-talba tal-Kummissarju tal-Pulizija, biex il-Qorti tkun tista' tapplika l-piena tas-sospensjoni tal-licenza tas-sewqanta' driver li jikser ir-regolamenti mahrugin bis-sahha ta' dik il-Ligi. Il-poteri li ghandu l-Kummissarju tal-Pulizija skond il-Ligijiet tal-Pulizija, li jordna s-sospensjoni tal-licenzi, ma japplikax ghall-kaz fejn isiru proceduri kriminali kontra d-driver; ghax il-fatt li saru proceduri kriminalihuwa inkompatibbli mal-ezercizzju ta' dak il-poter. L-emendi, mbghad, li saru bl-ATT XXVI tal-1956ghall-imsemmija Ligi tat-Traffiku ma biddlu xejn il-kwistjoni; b'dawk l-emendi l-kwistjoni baqghetl-istess, ghax anki f'dawk l-emendi hemm il-kliem "fuq talba tal-Prosekuzzjoni"; u hu biss fil-kaz ta' "reckless" jew "dangerous driving", jew "dangerous driving", jew ta' sewqan fi stat ta' sakra jewdrogi, li l-ligi ma tezigix f'dawk l-emendi t-talba tal-Prosekuzzjoni; u din il-formalita' tat-talba tal-Prosekuzzjoni ma hix rekwizit li jista' jigi mpunement trazandat. Tista' tqum il-kwistjoni jekk il-Qorti ghandhiex dan il-poter li tordna din is-sospensjoni minghajr it-talba tal-Prosekuzzjonibis-sahha tal-art. 31 tal-Kodici Kriminali kif emendat bl-art. 6 tal-Att XXVI tal-1956, li, fil-waqtli jithaddet fuq warrants, licenzi, permessi, u awtoritajiet in generali, jaghti lill-Qorti dan il-poter bla ma jezigi din it-talba; imma hu komunement accettat illi l-ligi generali ma tidderogax ghall-ligi specjali, ammenokke' ma tkunx dwar xi haga li l-ligi generali ma tkunx qalet xort'ohra. Imma l-materja tas-sospensjoni; tal-licenzi ma hix affattu materja ommessa fil-ligi specjali, imma tinsab espressament kontemplata b'dispozizzjonijiet specifici. Ghaldaqstant, f'kaz ta' ksur tar-Regolamenti tat-Traffiku, il-Qorti ma ghandhiex tordna s-sospensjoni tal-licenza tas-sewqan jekk ma jkunx hemm talba ghal hekk mil-Prosekuzzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info