Reference: Volume 42F (1958), Part No. 4, Section , Page 1517

Judgement Details


Date
22/11/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSJONI TAL-IMPUTAT - PASSIGGIERI - PROVI - REG. 145 TAR-REGOLAMENTI TAT-TRAFFIKU - TRAFFIKU
Summary
In tezi generali, in-notamenti li jaghmel il-magistrat fis-sens illi l-imputat ammetta l-imputazzjoni l-imputazzjoni hija l-aqwa prova ta' dik l-ammissjoni; u meta l-imputat jammetti l-imputazzjoni, il-Qorti mhix obligata twissieh u taghtih zmien biex, jekk irid, jirtira dik l-ammissjoni; ghax id-dispozizzjoni tal-ligi dwar daqshekk hija applikabbli biss ghall-Qorti Kriminali sedenti b'guri. Imma, in linea ta' massima, stante li l-ammissjoni hi ammissjoni tal-imputazzjoni, hu konsiljabbli li, meta din tkun kwalifikata, id-difensur ghandu jikkontesta l-imputazzjoni; ghaliex ic-cirkostanzi kostitwenti l-kwalifika tal-ammissjoni jammontaw ghal kontestazzjoni tal-imputazzjoni, u mhux ghal ammissjoni. Ghaldaqstant, ladarba l-provi juru li l-imputat ma tax lid-difensur tieghu l-inkarigu li jammetti quddiem il-Magistrat, anzi verament tah l-inkarigu li jikkontesta, u d-difensur bi zball jammetti l-imputazzjoni, fl-appell l-imputat ghandu jigi ammess jaghmel il-provi tieghu, u dawn ghandhomjigu valjati; ghaliex fic-cirkostanzi tal-kaz ma toriginax mis-supposta ammissjoni dik il-prova shiha li normalment torigina. Ir-Regolamenti tat-Traffiku jiddisponu illi tant id-driver ta' motor omnibus, kemm il-konduttur, huma responsabbli jekk fil-motor omnibus jitilghu passiggieri aktar minn numru preskritt. U dawn il-kliem statutorji ma tantx jidher li jippermettu l-gustifikazzjoni tal-inforanza jew zball ta' fatt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info