Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 11

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/1998
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Partijiet
EDWIN CARUANA vs JOSEPH GASAN ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - HABTA - POLZA TA' ASSIKURAZZJONI - RELAZZJONI GURIDIKA BEJN L-ATTUR (DANNEGGJAT) U L-KUMPANNIJA ASSIKURATRICI TA' SID IL-VETTURA L-OHRA INVOLUTA FIL-HABTA - SURROGA
Fil-Qosor
Fil-qosor il-fatti li taw lok ghall-kawza odjerna huma li l-attur kien involut f'kollizjoni ma' vettura assigurata mal-konvenut nomine, u din l-assigurazzjoni hallset lill-assigurat taghha tad-danni riportati fil-vettura tieghu u kwindi ssurrogat ruhha fid-drittijiet tieghu u b'rizultat ta' l-istesssurroga hija istitwiet proceduri kontra l-attur odjern u dik il-kawza giet deciza kontra l-konvenutnomine, attur f'dik il-kawza, liema sentenza ghaddiet in gudikat. L-attur odjern imbaghad kiteb lis-socjeta' konvenuta ghar-risarciment tad-danni tieghu, izda l-assigurazzjoni sostniet li d-dritt ta' l-azzjoni ta' l-attur odjern kien perent bid-dekors ta' sentejn. L-assigurazzjoni sostniet ukollli hija ma kinitx il-legittimu kontradittur billi ma kien hemm l-ebda relazzjoni guridika bejnha u l-attur. L-Ewwel Qorti laqghet din it-tieni eccezzjoni u lliberat lis-socjeta' konvenuta mill-osservanza tal-gudizzju bi spejjez ghall-attur. L-attur appella. L-appellant qed jibbaza t-tezi tieghu li l-kumpannija konvenuta ghandha relazzjoni guridika bejnha u l-attur. L-Ewwel Qorti laqghet din it-tieni eccezzjoni u lliberat lis-socjeta' konvenuta mill-osservanza tal-gudizzju bi spejjez ghall-attur. L-attur appella. L-appellant qed jibbaza t-tezi tieghu li l-kumpannija konvenuta ghandha relazzjoni guridika u diretta ma' l-attur fuq zewg elementi u cjoe': (1) bhala konsegwenza tal-fatt lihija agixxiet kontra l-attur odjern, wara li hija kienet giet surrogata fid-drittijiet ta' l-assigurat taghha; u (2) bhala konsegwenza tal-fatt li eccepiet il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni odjerna. Meta s-socjeta' konvenuta hallset lill-assigurat taghha Maurice Xuereb hija giet surrogata fid-drittijiet tieghu fil-konfront ta' l-attur, naxxenti mill-kollizjoni li grat bejn l-attur u mart l-assigurat, Monica Xuereb. Is-surroga kkonferiet lis-surrogat drittijiet u ma imponietx fuqu obbligi fil-konfront ta' l-attur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni