Referenza: Volum 46D (1962), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 861

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/06/1962
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
REV. PADRE LEOPOLDO, O.F.M. CAPP. vs PERIT DOMINIC MINTOFF, B.SC., B.E. & A., M.A. (OXON), A. & C.E.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IDENTIFIKAZZJNI TAL-PERSUNA INGURJATA - INGURJA KOLLETTIVA - KWERELA - LIBELL - MINACCJA - PROVA
Fil-Qosor
Hu veru li skond id-dottrina, trattandosi ta' kollettivita' zghira, kull wiehed minnhom jista' jfittex ghall-ingurja diretta lill-membri ta' dik il-kollettivita'; imma meta l-kwerela tkun redatta b'mod li turi li l-kwerelant qieghed jagixxi bl-azzjoni tieghu nominattivament, u mhux bhala membru tal-kommunita' li minnha jifforma parti, allura l-kontroeccezzjoni tal-kweralant, fis-sens li hu facilment identifikabbli ghax il-kommunita' li minnha jaghmel parti hija zghira hafna, ma tistghax tiddirimi l-eccezzjoni tal-kwerelat, fis-sens li tonqos l-identifikazzjoni tal-kwerelanti; u allura l-Qortighandha tara jekk din l-identifikazzjoni tirrizultax jew li indipendentement minn dik il-kontro-eccezzjoni. Hu wkoll principju dottrinali illi l-persuna milquta bil-kliem inkriminat tista' tkun jew accertata jew accertabbli; u hu bizzejjed li l-provi juru li dawk il-kliem jirriferixxu ghall-kwerelant, ghalkemm dan ma jkunx gie msemmi b'ismu. U ma jistghax jigi favorevolment mismugh il-kwerelat filli jaghti l-eccezzjoni tan-nuqqas ta' identifikazzjoni tal-kwerelant, meta huwa stess, fil-kors tal-gudizzju, jaccetta li r-riferenza kienet ghall-kwerelant. Hi korretta l-propozizzjoni illi bniedem ma ghandux jigi ritenut hatita' ngurja ghax irripeta ma' hadd iehor kliem li bniedem iehor qal fis-sens li jimminaccja; imma allura hemm bzonn li hu jipprova a soddisfazzjoni tal-Qorti li dak il-bniedem l-iehor tassew qal dak il-kliem minatorju, jew ohrajn simili, ghad-dannu tieghu. Jekk din il-prova ma tirnexxiex, allura l-pozizzjoni titbiddel ghal kollox, u l-addebitu ta' minaccja maghmul lildak il-bniedem l-iehor, mhux pruvat, jittrasforma ruhu f'ingurja ghad-dannu tal-persuna pretiza, izda mhux pruvata, minaccjanti. U f'kaz ta' dubju dwar din il-prova, id-dubju ghandu jmur favur il-persuna ngurjata, skond il-principju tradizzjonali u sekolari fl-istorja guridiku ta' Malta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni