Referenza: Volum 47A (1963), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 14

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/01/1963
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SALVINA GALEA vs ANGELO ABELA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"MENTAL DERANGEMENT" - ART. 683(E) U (F), 229, U 235(3) (B) AL-KODICI KRIMINALI - ART. 683(E) U (F). 229, U 235(3) (B) TAL-KODICI KRIMINALI - DANNI - DISTURBI MENTALI - OFFIZA FUQ IL-PERSUNA - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Ghall-preskrizzjoni tal-azzjoni civili ghal danni kagunati minn reat ghandhom jitharsu r-regoli li hemm fil-Kodiic Kriminali ghall-preskrizzjoni tal-azzjoni kriminali; u l-azzjoni kriminali rigwardanti l-kontravvenzjonijiet u l-ingurji bil-fomm soggetti ghall-pieni tal-kontravvenzjonijiet taqa` bil-preskrizzjoni ta` tliet xhur. B'dan kollu, offiza fuq il-persuna ta` natura hafifa u ta`mportanza zghira, ghalkemm fil-kazijiet ordinarji hu punita bil-pieni tal-kontravvenzjonijiet, hija delitt; u ghalhekk l-azzjoni civili ghal danni kagunati minn offiza simili mhix milquta bil-preskrizzjoni ta` tliet xhur, izda b'dik ta` sentejn. Offiza fuq il-persuna tista` tikkonsisti anki f'dizordni mentalital-vittima - "mental derangement"; u hemm lok ghall-azzjoni civili ta` danni meta l-fatt illecitu jikkaguna alterazzjonijiet psikici, anki minghajr lezjoni organika tal-gisem, li jgibu nkapacita` ghax-xoghol jew jikkawzaw telf iehor patrimonjali. Imma jehtieg illi t-trawma, jew alterazzjonijiet, jigu soddisfacentement pruvati bhala konsegwenza tal-fatt illecitu addebitat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni