Reference: Volume 38D (1954), Part No. 4, Section , Page 915

Judgement Details


Date
27/11/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs MANWEL MIZZI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 425 U 427 TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 59 U 60 TAL-KAP. 13 - DIGRIET INTERLOKUTORJU - KANCELLAMENT JEW SOSPENSJONI - LICENZJA TAS-SEWQAN - NULLITA' - PROSTITUZZJONI - SENTENZA
Summary
F'materja kriminali, jista' jkun hemm appell minn sentenza jew min digriet intelokutorju: u sentenza, fl-isfera ta' l-appellabilita', hija evidentement dik li tipprovvedi definitivament, sija bil-kundanna, jew bil-liberazzjoni taht il-provvedimenti ta' l-art. 23 tal-Kodici Kriminali, jew bl-assolutorja ta' l-imputat. Digriet interlokutorja jista' jigi appellat "qabel" is-sentenza biss jekk ikun ipprekluda l-kontinwazzjoni tal-kawza. Jekk ma jkunx ipprekluda l-kontinwazzjoni tal-kawza, allura jista jigi appellat "wara" s-sentenza, flimkien maghha, u biss jekk is-sentenza stess tkun appellabbli. L-espressjoni "Digriet Interlokutorju" ghandha sens ampju. b'mod li tikkomprendi mhux biss provvedimenti interinali jew ordinatorji moghtija fil-kors tal-kawza, imma anki kull xorta ta' digriet.Ghaldaqstant, digriet li bih il-Magistrat ikun irrigetta talba tal-Kummissarju tal-Pulizija ghall-kancellament jew sospensjoni tal-licenza tas-sewqan ta' bniedem li gie misjub hati ta' ghajxien minn fuq il-qliegh tal-prostituzzjoni ta' persuni ohra, ma hux digriet interlokutorju, jekk gie moghti wara s-sentenza li sabet lil dak il-bniedem hati ta' dak id-delitt, billi dak id-digriet ma pprekludiexil-kontinwazzjoni tal-kawza, u ma jistenniex sentenza warajh. U ghalhekk mhux appellabbli. Lanqasjista' digriet simili jitqies sentenza jekk, apparti ragunijiet ohra, gie moghti kameralment u mhux"in open Court", jew, fil-kazi kongrawi, bil-bibiem maghluqa; u ghalhekk lanqas taht dan l-aspett dak id-digriet ma huwa appellabbli. L-appell tal-Prosekuzzjoni minn digriet simili huwa ghalhekk irritu u null. Ir-rimedju ghal kazijiet bhal dan huwa rikors ghar-revoka ta' dak id-digriet "contrarioimperio"; s'intendi, "si et quatenus".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info