Reference: Volume 46A (1962), Part No. 1, Section 1, Page 56

Judgement Details


Date
09/02/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAOLO VELLA ET. vs GIOVANNA BORG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 427 U 1744 TAL-KODICI CIVILI - ASSOCJAZZJONI CIVILI - FTEHIM BEJN GABILLOTTI - ILMA - SERVITU'
Summary
Ftehim bejn gabillotti li jimporta obligazzjoni ta' "modus vivendi" dwar servizz ghall-biedja bla limitazzjoni ta' zmien huwa rikonoxxut validu fil-gurisprudenza, u ma hux terminabbli unilateralment usakemm jissokta u jibqa' attwabbli l-iskop originali mahsub mill-kontraenti. U meta ftehim similijsir bejn is-sidien tar-raba', l-obligazzjoni ggib l-effetti ta' servitu' predjali, meta limitazzjoni ta' zmien ma jkunx hemm. Izda jekk fil-kaz partikulari z-zewg sidien ikunu ftehmu fis-sena illi jhaffru u jibnu spiera ghall-ilma, u jokkollokaw mutur ghall-istess skop, fil-fond ta' wiehed minnhombi spejjez komuni, u dak li fil-fond tieghu ssir l-ispjera u l-kamra tal-mutur jikkoncedi lis-sid l-iehor id-dritt li jghaddi kull meta jrid ghall-ilma minn dik l-ispjera, u s-sid l-iehor b'kumpens jaghtieh bicca mir-raba' tieghu biex ipattilu tal-art okkupata mill-ispiera u l-mutur, huma jkunu ghamlu assocjazzjoni partikulari li ghandha bhala oggett l-uzu tal-ispiera, l-ilma u l-mutur u l-kamratieghu, bil-konferiment da parti ta' wiehed tal-art, l-ispiera u l-kamra, u bid-dgawdija ta' bicca art da parti tal-iehor, bi tpattija tal-art konferita minnu, minghajr ma jkun sar ebda trasferiment immobiliari. Liema assocjazzjoni tixbah hafna lil socjeta' civili partikulari u tiddifferixxi biss minnha in kwantu fiha ma hemmx il-qsim tal-qliegh; u ghaliha huma applikabbli b'analogija l-principjitas-socjetajiet partikulari in kwantu applikabbli ghall-kaz konkret. Izda fl-assenza ta' zmien stabbilit, dawn is-socjetajiet ma ghandhomx isehhu ghal dejjem, u lanqas ghall-ghomor tal-ishab, u tista' socjeta simili tigi terminata jew bil-mewt ta' wiehed mis-soci jew bid-dikjarazzjoni ta' wiehed minnhom li ma jridx jissokta fis-socjeta', u dan taht certi kondizzjonijiet kontemplati mill-ligi; imma fl-istess hin ma jistghax wiehed mis-soci "marte proprio" jimpedixxi l-funzjonament ulterjuri tal-ftehim.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info