Reference: Volume 46A (1962), Part No. 1, Section 1, Page 1

Judgement Details


Date
08/01/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Parties
PROKURATUR LEGALI GIUSEPPE A. BRUNO vs JOSEPH ROSSIGNAUD NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CONTRACT OF SERVICE" - APPELL - ARBITRU - ART. 1712 TAL-KODICI CIVILI - ART. 2 TAL-ATT XI TAL-1952 - ART. 44 TAL-ATT VI TAL-1956 - IMPJIEG - PENSJONI TAX-XJUH - SIGURTA' NAZZJONALI
Summary
L-appell mid-decizjonijiet tal-Arbitru nominat skond l-Att tas-Sigurta' Nazzjonali, lill-Qorti tal-Appell tal-Maesta' Taghha r-Regina, hu koncess minn dik il-ligi fuq punt ta' dritt. Jekk l-Arbitru,fid-decizjoni tieghu, ikun applika kriterji, ossija "tests", li ma jkunux ghal kollox konfacenti mal-ligi in materja dik id-decizjoni tieghu hija appellabbli. L-impjeg ("employment") li ssemmi dik il-ligi hu dak taht "contract of ..." bil-miktub jew bil-fomm espress jew tacitu. Il-ligi ma tiddefinixxix x'inhu "contract of service" imma dan hu definit fil-Kodici Civili, u anki fl-Att XI tal-1952,u definizzjoni moghtija, tant fil-wiehed kemm fl-iehor, taddatta ruhha ghall-impjieg ta' min ikun obligat jaghmel lil min jimpjegah is-servigi tieghu b'rimunerazzjoni u taht il-kontroll ta' min jimpjegah. Biex impjieg ikun assigurabbli ma hux mehtieg orarju fiss u sede stabbilita, u hekk, professjonista li jkun impjegat mhux bhala professjonista, imma bhala skrivan, u li jkun obligat jaghmel ix-xoghol li jassenjalu minn jimpjegah minn gurnata ghall-ohra, u ma kellux il-liberta' tal-professjonista, huwa mpjegat assigurabbli; u dak l-impjieg jintitolah ghall-pensjoni tax-xjuh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info