Referenza: Volum 38E (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 54

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/01/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
GIUSEPPE SCHEMBRI vs GIUSEPPE CHIRCOP
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2261 (E), 1182, 1183, 1184(2), 2252(D), U 2265 TAL-KODICI CIVILI - GURAMENT - INTERESSI - KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI - TRASPORT
Fil-Qosor
Il-gurisprudenza taghna l-aktar recenti ma ghadhiex tammetti t-teorija li l-prekrizzjonijiet brevi huma bazati fuq il-prezunzjoni tal-pagament; ghaliex il-gurament li min jecepixxi dawk il-preskrizzjonijiet jigi msejjah jiehu mhux dak li huwa hallas, izda li mhux debitur; u ghalhekk l-eccezzjoni ta'preskrizzjoni brevi hija kompatibili ma' eccezzjonijiet ohra li jwasslu ghall-konkluzjoni li l-eccipjent mhux debitur. U ghalhekk, jekk iz-zmien tal-preskrizzjoni jkun ghadda, il-preskrizzjoni ghandha tigi akkolta, jekk ma jirrizultax li giet b'xi mod interrotta. Ma jistax ikun hemm kompensazzjoni meta z-zewg debiti ma jkunux likwidi u ezigibili; u ghalkemm il-likwidita' taz-zewg krediti mhux estrem essenzjali ghall-kompensazzjoni gudizzjali, b'dan kollu, meta l-likwidazzjoni tal-kreditu oppost b'kompensazzjoni mhix meta l-likwidazzjoni tal-kreditu oppost b'kompensazzjoni mhix facili u ma tistax issir malajr, dik il-kompensazzjoni ma ghandhiex tigi facilment accettata mit-tribunal; u minjammetti li hu obligat jirrestitwixxi oggett li qieghed ghandu ma jistax jimponi, bhala kondizzjonighar-restituzzjoni ta' dak l-oggett, li l-parti l-ohra tirrestitwilu oggett iehor li hu jippretendili l-parti l-ohra hi obligata troddlu. Min hu debitru f'somma determinata, u jigi msejjah biex ihallasha b'att gudizzjarju, hu obligat ihallas l-interess fuq dik is-somma mill-jum ta' l-interpellazzjoni li tkun saritlu ghall-hlas, minghajr ma jkun mehtieg li hu jipprova li bata xi telf. L-azzjonighall-hlas ta' garr ta' oggetti hija suggetta ghall-preskrizzjoni ta' sena. Il-gurament ghandu jigideferit biss fuq talba tal-kreditur li jsib ruhu konfrontat bl-eccezzjoni tal-preskrizzjoni; u l-ligi ma takkordax lill-Qorti l-fakolta' li timponieh lid-debitur. Jista' jigi deferit fil-kawza, jewjigi mpost fis-sentenza; imma dejjem fuq talba tal-kreditur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni