Reference: Volume 47B (1963), Part No. 1, Section 1, Page 152

Judgement Details


Date
04/03/1963
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ONOR. EMMANUELE TABONE, M.L.A. NE. ET. vs ONOR. IMHALLEF DR. ALBERTO MAGRI, B.LITT., LL.D., ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 460 TAL-KODICI CIVILI - HAJT KOMUNI - NULLITA' - PERIT - SENTENZA - SPEJJEZ TA' TISWIJA JEW RIKOSTRUZZJONI
Summary
Skond il-ligi, id-diversi sidien ta' hajt komuni huma obligati jikkontribwixxu ghall-ispejjez mehtiega ghat-tiswija jew rikostruzzjoni ta' dak il-hajt fil-proporzjon tal-vantagg li huma rispettivamentjirrikavaw fil-proprjeta' taghhom minn dik it-tiswija jew rikostruzzjoni. Il-Qorti pero', wara litkun ikkonstatat in-necessita' tat-tiswija jew rikostruzzjoni tal-hajt, ma ghandhiex, fil-waqt li tikkundanna lil dawk is-sidien jaghmlu bi spejjez taghhom definittivament f'dik il-propozjon ix-xogholijiet mehtiega ghar-riparazzjoni jew rikostruzzjoni, u tqabbad perit biex jiddirigi dak ix-xoghol, tinkarigah li johrog l-ammont tal-ispiza meta x-xoghol ikun allestit u jirratizza dawk l-ispejjez f'dik il-proporzjon bejn is-sidien, salvo li dawn mbaghad, jew jaccettaw bonarjament dik ir-ratizzazzjoni, jew, jekk jikkontestawha, jaghmlu dan b'gudizzju iehor. Din ji materja li ghandha tigi diskussau deciza fl-istess gudizzju fejn issir u tigi pronunzjata kontra s-sidien il-kundanna ghall-ezekuzzjoni tax-xogholijiet. Diversament, il-Qorti tkun qeghdha qiesha tassoggetta parti mill-meritu tal-kawza ghal kondizzjoni li ghall-adempiment taghha, fin-nuqqas ta' adezjoni tal-partijiet ghar-ratizzazzjoni tal-perit tkun mehtieg gudizzju iehor; u sa certu pont tkun qieghda tiddelega lill-perit funzjoni li tispetta lilha, mentri l-perit mhux hlief bniedem inkarigat biex jaghti l-parir u l-opinjonitieghu, u hija l-Qorti li ghandha tivvalja u tadotta jew le dak li jissottometti l-perit. Imma billi l-Qorti tkun ipprovdiet b'dan il-mod is-sentenza, dan ma jfisserx illi s-sentenza kollha hija nulla, imma jwassal biss ghall-annullament ta' dik il-parti tas-sentenza li ghamlet dak il-provvediment, u ghar-rinviju tal-kawza quddiem l-Ewwel Qorti biex dik il-kwistjoni tal-ispejjez u l-ammont taghhom bejn id-diversi sidien kundannati biex jaghmlu t-tiswija jew rikostruzzjoni tiddecediha hija stess; anki sabiex ikun hemm il-beneficcju tad-doppju ezami.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info