Referenza: Volum 47B (1963), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 118

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/02/1963
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Partijiet
ONOR. DR. ANTON BUTTIGIEG, M.L.A. vs ONOR. DR. PAUL BORG OLIVIER ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"HUMAN RIGHTS" - ART. 13,14 U 16 TAL-KOSTITUZZJONI TAL-1961 - DISPOZITTIV U MOTIVAZZJONI - LIBERTA' TA' ESPRESSJONI - LIBERTA' TA' KUXJENZA - NULLITA' - SENTENZA
Fil-Qosor
Kull dikjarazzjoni li l-Qorti trid li tkun deciziva jew obligatorja ghandha tigi mdahhla fid-dispozittiv tas-sentenza. F'kaz fejn l-attur jitlob "redress" taht il-Kostituzzjoni tal-1961 ghax jallegali gew miksura d-drittijiet tieghu ta' liberta ta' kuxjenza u liberta' ta' espressjoni permezz ta' cirkulari mahruga mill-Gvern, l-azzjoni hi bazata fuq l-allegata vjolazzjoni mill-Gvern, l-azzjoni hibazata fuq l-allegata vjolazzjoni ta' drittijiet fuq imsemmija; u ghalhekk, sabiex jista' jigi ordnat ir-"redress" b'forma jew b'ohra. hu ghal kollox indispensabbli li mill-Qorti tigi konstatata u dikjarata, mhux illegalita' kwalunkwe ta' dik ir-cirkulari, imma vjolazzjoni ta' xi wiehed mid-drittijiet gie ossija gew vjolati; altrimenti, jekk jigi provvdut xi rimedju ("redress"), dan ikun minghajr il-bazi "sine qua non" tad-deklaratorja tal-vjolazzjoni msemmija. B'mod illi, jekk id-dispozittivtas-sentenza l-Qorti ma tkunx iddikjarat li gie vjolat wiehed minn dawk id-drittijiet jew li gew vjolati t-tnejn, imma tkun iddikjarat xi haga ohra, jew li dik ic-cirkulari hija illegali u bla effett, is-sentenza tkun nieqsa minn rekwizit mehtieg skond il-ligi, billi dak in-nuqqas jikkostitwixxi vjolazzjoni tal-forma stabbilita mill-ligi. Hu veru illi d-dispozittiv jista' jigi kjarit bil-motivazzjoni, jew almenu b'dik il-parti taghha li hija nxindibbilment marbuta mad-dispozittiv; imma jekk il-bazi tas-sentenza giet imqeghda filli c-cirkulari hi illegali, il-motivazzjoni mhix tali li tista' titqies li testendi b'xi mod il-portata tad-dispozittiv, u dan jibqa' fit-termini li fihom hu koncepit. Ghax deklaratorja ta' illegalita', "sic et simpliciter", mhix deklaratorja ta' vjolazzjoni ta' "human right", billi cirkulari simili tista' tkun illegali ghal diversi ragunijiet ohra minghajr ma jkun hemm tabilfors in-negazzjoni ta' xi "freedom of the individual"; u f'materja hekk delikata ma tista' qatt tkun meqjusa bizzejjed il-kwalifika vaga u generika ta' " illegal", imma jehtieg jinghad li kien hemm vjolazzjoni ta' "human right", u li jigi specifikat il-"human right" vjolat. B'dan in-nuqqas is-sentenza, jekk tikkaguna lill-parti li tkun qeghdha tallegah pregudizzju tali li ma jistghux jigi rimedjat hlief bl-annullament tas-sentenza, iwassal ghal dik in-nullita'; u f'kaz simili dakil-pregudizzju jezisti. U lanqas ma hu l-kaz li tigi attiza eccezzjoni fis-sens li s-sentenza ma ghandhiex tigi annullata jekk tinsab li hija sostanzjalment gusta, ghax f'kaz simili s-sentenza tabilfors mhix gusta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni