Referenza: Volum 48D (1964), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1026

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/06/1964
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA CURRAN MAURICE
Partijiet
IL-QORTI vs EMMANUELE BRUNO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DECIZJONI DWAR NULLITA' TAZ-ZWIEG "OPE EXCEPTIONIS" - KONFERMA - MAINTENANCE ORDER
Fil-Qosor
Meta f'kawza ta' konferma ta' "provisional maintenance order" il-konvenut jitlob illi l-Qorti tippermettilu jimpunja z-zwieg "ope exceptionis" u l-mara li tkun qeghda fil-pajjiz minn fejn emana l-ordni rovvizorju, ghalkemm originarjament parti, ma tkunx prezenti fit-trattazzjoni tal-kawza quddiem il-Qorti imsejha sabiex tiddeciedi ghandhiex jew le tikkonferma dak l-ordni, huwa kontra l-principju fondamentali tal-"audi alteram partem" illi din il-Qorti tippronunzja ruhha fuq materja tant gravi bhal validita' jew ezistenza taz-zwieg minghajr il-kontestazzjoni tal-konjugi l-iehor bhala legittimukontradittur b'azzjoni apposita deciza in via principali, jew almenu minghajr ma tirrinvija l-kawzaquddiem il-Qorti originali sabiex tisma' l-provi ulterjuri fuq dak l-incident.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni