Reference: Volume 70 (1986), Part No. 2, Section , Page 143

Judgement Details


Date
05/03/1986
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SCHEMBRI CARMELO, HARDING HUGH, AGIUS CARMEL A.
Parties
PAUL VASSALLO ET vs CARMELO PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI - IL-PRINCIPJU "VOLANTI NON FIT INJURIA" - INCIDENT FATALI - PROVA
Summary
Il-piz tal-prova ta` dak li hemm allegat fic-citazzjoni, cjoe` li l-incident hemm imsemmi gara minhabba negligenza u nuqqas ta` tharis tar-regolamenti tat-traffiku da parti tal-konvenut, jinkombi fuql-atturi li qeghdin jaghmlu l-imsemmija allegazzjoni u dana in bazi ghall-principju legali "incumbitprobatio qui dicit non qui negat". Il-Qrati taghna pero` fuq l-iskorta ta` awturi Inglizi eminenti, jaghmlu distinzjoni bejn il-prova li jehtieg li ssir f'kawza kriminali u l-prova li ghandha ssirf'kawza kriminali l-htija ta` l-akkuzat trid tigi ppruvata "beyond reasonable doubt", f'kawza civilibizzejjed li jkun hemmm "moral cerainty", certezza morali, f'mohh il-gudikant izda mhux bizzejjed li jkun hemm " a mere possibility". Din ic-certezza morali ghandha tigi bbazata fuq fatti ppruvati biprovi espressi u fuq l-intereferenzi li naturalment u probabilment jemergu minn dawn il-fatti. Ic-certezza morali, rikjesta f'kawzi civili, hija l-effett tal-"balance of probabilities". Il-Qorti qieghda taghmel enfasi mill-ewwel fuq l-imsemmija distinzjoni billi trid turi li f'kawza civili ; l-"approval" ghall-valutazzjoni tal-provi trid tkun differenti minn kawza kriminali; dan apparti l-principju bazilari stabbilit mil-ligi stess illi l-azzjoni kriminali u l-azzjoni civili huma indipendentiminn xulxin. Il-konvenut qieghed jinvoka favur tieghu l-principju leali "volenti non fit injuria"u qieghed jissottometti li l-atturi m'ghandhomx dritt ghad-danni billi meta Margaret Vassallo marrettinnamra mal-konvenut fil-karrozza tieghu mhux 'il boghod mix-xifer tal-bahar hija kienet taf x'riskju seta` kien hemm involut u bl-agir taghha assumiet l-istess riskju. Huwa evidenti li fil-kaz prezenti zgur ma jistax jinghad li kien hemm xi ftehim espress bejn Margaret Vassallo u l-konvenut li hija tiehu r-riskju fuq imsemmi. Lanqas, fil-fehma tal-Qorti, ma kien hemm xi ftehim tacitu jehtieg li jigi ppruvat li Margaret Vassallo kellha xjenza pjana tan-natura u estensjoni tar-riskju li kienetqieghda tassumi u li jigi ppruvat ukoll li meta assumiet ir-riskju hija ghamlet dan bil-ftehim li riskju jaqa` fuqha u mhux fuq haddiehor, u dan ghaliex il-massima hija "volanti non fit injuria"u mhux "scienti non fit injuria". Fil-kaz prezenti mid-deposizzjoni ta` l-istess konvenut li hija ma riedet tassumi ebda riskju u ghalhekk certament ma jistax jinghad li hija kienet "volanti" u kwindi l-massima fuq iccitata ma tistax tigi invokata mill-konvenut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info