Referenza: Volum 48C (1964), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 869

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/03/1964
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA CURRAN MAURICE
Partijiet
TONI PELLEGRINI NOMINE M.L.A. vs ONORO EDWARD S ARRIGO C.B.C. NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INSINDIKABILITA` TAL-QRATI - MALTA BROADCASTING AUTHORITY - OBBLIGAZZJONI
Fil-Qosor
Fil-kaz tal-Malta Broadcasting Authority permezz tad-disposizionijiet tal-artikolu 11 tal-Ordinanzal-Eccellenza Tieghu l-Gvernatur gie moghti s-setgha li jordna lill-Awtorita` biex ixxandar jew ma ixxandarx xi programm. Setgha din, li una volta esercitata ma tistax tigi valjata mill-Qrati. Pero`m'hemm l-ebda disposizzjoni tal-Qrati u l-Qorti trid tezamina kaz b'kaz jekk hemm xi lokuzzjoni jewfrazi li minnha tista` tasal ghal-istess konkluzjoni per inferenza mehuda in konsiderazzjoni n-natura u l-estant tad-diskrezzjoni. Il-Malta Broadcasting Authority hija kostitwita bhala "watch dog" tal-benesseri pubbliku fir-ram specajlizzat taghha u hija investita b'diskrezzjoni ampja u qawwija permezz tal-kliem tas-subartikolu (2) tal-artikolu 7 fis-sens li hija u allura hija biss, ghandha tissodisfa ruhha, sa fejn hu possibli, li jigu osservati fit-trasmissjonijiet il-principji importanti kalendati f'dak is-subartikolu. Illum, amminstrattivament, l-"Awtorita" hija soggetta biss, minn kif jidher, ghall-poteri tal-Gvernatur, salv xi ingerenza tal-Ministru tal-Fiannzi fil-hrug tal-warrantsghas-sovvenzjonament taghha. Il-Qorti tqis l-allokazzjoni ta` "air time" bhala kuntratt u li bhalahekk jaqa` taht is-sindikabilita` tal-Qrati. L-inadempjenza fl-obbligazzjoni "di fare" ma tistax tigi ikkunsidrata biss fuq l-iskorta tal-prestazzjoni ezatta f'obbligazzjonijiet ohrjan bhal, per ezempju, il-pagament ta` somma ta` flus, imma trid tigi kkunsidrata f'kull kaz skond il-meriti u c-cirkostanzi partikolari tieghu. Kwalunkwe azzjoni ghall-esekuzzjoni specifika tkun inutili jekk ma tkunxeventualment risolvibbli f'azzjoni ghad-danni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni