Reference: Volume 78 (1994), Part No. 2, Section 3, Page 288

Judgement Details


Date
16/06/1994
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
JOSEPH AQUILINA EKONOMU TA' MONSINJUR ARCISQOF, AMMINISTRATUR TAL-BENI TA' L-ENTIJIET RELIGJUZI DJOCESANI KOLLHA TA' MALTA GHAN-NOM U FL-INTERESS IL-VENERANDU MONASTERU TA' SANT' URSOLA L-BELT VALLETTA vs EDGAR ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2156 (A) TAL-KODICI CIVILI - ATT XXVII TAL-1976 - AZZJONI GHALL HLAS TAC-CENS - AZZJONI PERENTA - CANONE - CENS - DRITT TRANSITORJU - ENFITEWSI - HLAS TA' - INDIVISIBILITA' F'ENFITEWSI - OBBLIGAZZJONIJIET ASSUNTI MIS-SUBENFITEWTA - PRESKRIZZJONI - RIKONOXXIMENT - SOLIDARJETA' F'ENFITEWSI - SUBENFITEWTA
Summary
L-attur fitex ghal arretrati ta' cens u ta' lawdemju. L-azzjoni giet diretta kontra s-subenfitewtaghal obbligazzjoni dovuti mill-enfitewta. Gie eccepit oltre l-preskrizzjoni kwinkwennali illi l-konvenut ma kellux relazzjoni guridika. Il-kwistjoni irrisolviet ruhha sa fejn l-obbligazzjonijiet assunti mill-enfitewta huma trasmessi lis-subdirettarju. Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet illi l-hlastal-kanoe jiggrava fuq il-proprjeta' u li l-proprjeta' hi l-garanzija tal-pagament tieghu u taghmeltajjeb ghalih versu d-direttarju. Dan ifisser illi s-subenfitewta sew jekk mhux rikonoxxut mid-direttarju u aktar u aktar jekk hu rikonoxxut hu obbligat li jaghmel tajjeb bil-proprjeta' ghall-hlas tac-cens. Hu wkoll obbligat li josserva l-adempiment ta' dawk il-kawsoli tal-kocessjoni enfitewtika originali li jimponu kondizzjonijiet fuq ic-censwalista favur id-direttarju bhala parti mill-konsiderazzjonijiet tal-ghoti tal-koncessjoni. Dawn huma kondizzjoni li bhac-cens jiggravaw il-proprjeta' ujikkondizzjonaw it-tgawdija taghha mill-enfitewta u s-successuri tieghu. Jispetta lis-subenfitewtali jivverifika sewwa l-provenjenza tal-proprjeta' li kien intenzjonat jiehu b'enfitewsi temporanjau jaccerta ruhu mill-kundizzjonijiet li kellu jissodisfa lid-direttur skond ma jkun gie minnu impostfil-koncessjoni originali. Jekk ma jaghmilx hekk, dan huwa a riskju tas-subdirettarju: l-inadempjenza jew in-nonkuranza tieghu bl-ebda mod ma tista' tippregudika d-drittijiet tad-direttarju, lanqasma jista' s-subenfitewta jezonora ruhu mill-obbligu minnu assunt sempliciment billi jsostni illi minikkoncedielu l-proprjeta' ma imponiex fuqu dawk il-kunizzjonijiet li d-direttarju kien originarjament impona. Jibqa' dejjem direttament responsabbli versu d-direttarju ghall-adempiment ta' dawn l-obbligi salv li f'certi kazi jista' hu jkollu dritt ta' regress kontra min ikun ikkoncedielu l-proprjeta'. Riflessjonijiet tal-Qorti dwar is-solidarjeta' u l-indivizibilita' ta' l-obbligazzjoni assuntimill-enfitewta fid-dawl ta' l-emendi introdotti ATT XXVII tal-1976. Din il-Ligi obbligat lid-direttarju li jirrikonoxxi direttament lis-subenfitewta u aboliet ssolidarjeta' u l-indivizibilta' tac-cens prattikament ghal kollox. Il-Qorti ta' l-Appell ghalhekk sabet illi certi klawsoli ta' pagamentma kinux applikabbli ghall-konvenut fosthom l-awment fic-cens pretiz mill-attur li ma kinux validi ueffikaci fil-konfront tal-konvenut. Ma kien hemm imkien fil-kuntratt ikkontemlata z-zieda awtomatika kif ippretenda l-attur. Il-kulturi ta' l-istudju tal-Principju Generali tad-Dritt u specifikament tad-Dritt transitorju japprezzaw ir-riserva li ghamlet il-Qorti ta' l-Appell dwar il-validita' ta'certi klawsoli tal-kuntratt taht ezami. Is-sentenza ta l-ewwel Qorti giet irriformata fis-sens illi t-talbiet gew ridotti in kwantu effikaci kontra l-kovenut u dawn ukoll parzjalment milqugha in kwantu l-azzjoni perenta bid-dekors taz-zmien.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info