Referenza: Volum 75 (1991), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 526

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/1991
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J., MANCHE` ALBERT, DEPASQUALE ANTON
Partijiet
CATHERINE PORTELLI vs JOSEPH CACHIA ET NOE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISPREZZ LEJN IL-QORTI - ESEKUZZJONI PROVVIZORJA TA' SENTENZA - KONTRO-TALBA FI PROCEDIMENT KRIMINALI - PROCEDURA FIL-QORTI TA' L-APPELL
Fil-Qosor
Bic-citazzjoni li inizjat il-procediment odjern il-Qorti hija mitluba (1) tiddikjara illi bl-agir taghhom il-konvenuti ikkommettew disprezz lejn l-awtorita' tal-Qorti u (2) tikkomina fuq il-konvenutidawk il-provvedimenti li jidhrilha xierqa skond il-Kodici tal-Procedura. Il-ligi tiddisponi li certi atti jikkostitwixxu disprezz lejn l-awtorita' tal-Qorti u tippreskrivi l-pieni li ghandhom jigu inflitti fuq min jinsab li jkun ikkommetta xi att minn dawk. Dan il-procediment huwa ta' indoli kriminali. Il-fatt li l-istess procediment gie introdott bic-citazzjoni, cjoe' l-att li ordinarjament jinizja l-kawzi civili, ma jaghtix lil dan il-procediment in-natura civili, u ma jnehhilu xejn minn natura kriminali. L-istitut tar-rikonvenzjoni jappartjeni prettament lill-procediment civili, u huwainkoncepibbli fi procediment kriminali. Fl-artikoli relattivi ghall-procedura dwar id-disprezz ghall-awtorita' tal-Qorti l-ligi ma tippreskrivix b'liema att gudizzjarju ghandu jigi "mharrek" l-akkuzat. Ic-citazzjoni tidher li hija l-att l-aktar adatt u idoneju ghal dan l-iskop. Bid-digriet tal-... din il-Qorti ma ordnat xejn lill-konvenuti izda biss awtorizzat lill-attrici tezegwixxi provvizorjament is-sentenza moghtija mill-Qorti ta' l-ewwel istanza. Ghalhekk ma kien hemm ebda ordni ta' dinil-Qorti li gie miksur mill-konvenuti. Ghaldaqstant in-nuqqas taghhom li jezegwixxu volontarjamentis-sentenza tal-... ma jikkostitwix disprezz ta' din il-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni