Referenza: Volum 76 (1992), Parti Nru. 5, Taqsima , Paġna 839

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/11/1992
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOSEPH BUSUTTIL, LUDOVICO VELLA U CARMELO SIVE CHARLES CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 30 TAL-KODICI TAL-LIGIJIET TAL-PULIZIJA - KONTRIBUTORJETA' TAS-SINISTRAT - OMICIDJU INVOLONTARJU - PIENA
Fil-Qosor
L-artikolu 30 tal-Kap. 10 jiddisponi li waqt il-bini jew tiswija ta' triq, ta' kanal jew ta' gandott, jew ta' bicca xoghol ohra fit-triq l-ufficjal inkarigat ghandu jiehu l-hsieb mehtieg biex tigi skansata kull dizgrazzja u jiehu hsieb li kull kanal, gandott jew bicca xoghol ohra jkunu mdawlin tajjeb matul il-lejl sabiex ma jigrux dizgrazzji. Il-perikolu li, fid-dlam tal-lejl, xi hadd ma jarax gandott u jaqa' fih hu ovvju u ragonevolment u facilment prevedibbli. Il-persuna responsabbli mit-tmexxija tax-xoghol fuq il-post tax-xoghol hi tenuta tiehu l-prekawzjonijiet necessarji fic-cirkostanziu dettati mir-raguni biex tigi evitata dizgrazzja u dan indipendentement minn kull ordni li jista'jew le jigi moghti lilha. Il-fatt li f'tarf it-triq kien hemm sinjal ta' "no entry" ma jiskuzax lill-imputati. Il-kontributorjeta' tas-sinistrat, bin-negligenza tieghu u bl-inosservanza tar-regolamenti, ma tiskolpax lill-appellati mir-responsabbilita' kriminali taghhom; tigi biss ikkunsidrata fl-applikazzjoni tal-piena. In-nuqqas ta' prekawzjoni ovvja ghal perikolu tant ovvju jindika li ghandhatigi applikata l-piena ta' prigunerija u mhux ta' multa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni