Referenza: Volum 72 (1988), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 127

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/11/1988
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
HARDING HUGH, GULIA WALLACE A., HERRERA JOSEPH A.
Partijiet
LUCIEN STAFRACE NOE vs L-AGENT REGISTRATUR TAL-QRATI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT FUNDAMENTALI GHALL- - IMHALLEF - INDIPENDENZA TAL-GUDIKATURA - KAWZA KOSTITUZZJONALI - KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - LEGITTIMU KONTRADITTUR - LIBERAZZJONI AB OBSERVANTIA - MINISTRU - REGISTRATUR TAL-QORTI - SEPARAZZJONI TAL-POTERI - SMIGH FI - ZMIEN RAGONEVOLI
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti talbu rimedju quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili, billi, fil-fehma taghhom, proceduri pendenti quddiem l-istess Qorti dwar ksur tad-drittijiet fundamentali taghhom kienu damu zmien irragonevoli. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili laqghet it-talba tar-rikorrenti billi ddikjarat it-tul tal-proceudra msemmija bhala jikser l-artikoli rilevanti tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropeja,imma cahdet it-talba ta` l-istess ghal sodisfazzjoni gusta finanzjarja. Fuq appell sija tar-rikorrenti kemm ta` l-imtimati, il-Qorti Kostituzzjonali rrevokat u lliberat lill-intimati Registratur tal-Qorti, Ministru tal-Gustizzja u Kummissarju tal-Pulizija mill-osservanza tal-gudizzju billi ma kinux il-legittimi kontraditturi. Ir-Registratur tal-Qrati ma kienx persuna idonea biex joqghod f'gudizzju tali billi bhala kap ta` dipartiment hu jirrapprezenta lill-Gvern fil-kwistjoni li jirrigwardawl-andament ordinarju ta` l-amministrazzjoni pubbliku inerenti ghal dak id-dipartiment, u l-kwistjoniprezenti ma kinitx tidhol f'tali xorta ta` mansjonijiet. Il-Ministru jirrapprezenta d-Dipartimenttieghu, pero` l-kawza prezenti ma kinitx wahda li tirrgwarda l-funzjonijiet tal-Ministru tal-Gustizzja jew ta` l-Intern. L-istess haga wkoll tinghad ghall-Kummissarju tal-Pulizija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni