Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 227

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/11/1990
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., HERRERA JOSEPH A., MIFSUD BONNICI GIUSEPPE
Partijiet
ALAN MIFSUD vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AVUKAT GENERALI TAR-REPUBBLIKA - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - GUDIKANT - IMPARZJALI - INDIPENDENTI - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - NULLITA' - ORDNI TA' FRIVOLU U VESSTORJU - RIFERENZI - RIMEDJU - RINVIJU - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti talbu li r-rinviju ta' processi kriminali kontra taghhom kien nulla u vizzjat billi jikser id-dritt taghhom ghal smigh xieraq. L-Avukat Generali, li ordna r-rinviju, ma kienx persuna imparzjali u indipendenti, u l-esercizzju tal-mansjonijiet afdati f'idejh mil-ligi jivvjola d-dritt ghal smigh xieraq tar-rikorrenti. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talbiet tar-rikorrenti. Fuq appell, il-Qorti Kostituzzjoni kkonfermat u ddikjarat li r-rikorrenti ma kellhomx dritt jagixxu b'dan il-mod permezz ta' rikors meta t-talba taghhom ghal riferenza quddiem il-Qorti tal-Magistrati kienet giet minn dik il-Qorti ddikjarata frivola u vessatorja. L-Avukat Generali tar-Repubblika mhuxgudikant fis-sens li trid il-ligi, u l-fatt li ma hux imparzjali ma jwassalx ghan-nuqqas ta' smighxieraq fil-process kriminali li jkun jinstema' minn Qorti imparzjali u indipendenti. Meta titqajjemkwistjoni kostituzzjonali quddiem Qorti li ma hijiex il-Prim' Awla tal-Qorti Civili, u dik il-Qortitiddikjara dik il-kwistjoni frivola u vessatorja, mhux lecitu ghall-persuna li tkun sollevat dik il-kwistjoni li terga' tqajjem dik il-materja b'rikors quddiem il-Prim' Awla.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni