Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 355

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1990
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
THERESA GIUSTI vs SALVINO GIUSTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI REDIBITORJA - AZZJONI STIMATORJA - DEKADENZA - PRESKRIZZJONI - RINUNZJA GHALL-PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Sakemm ma tigix xolta l-komunjoni ta' l-akkwisti, il-manteniment dovut lill-mara huwa ukoll debitu tal-komunjoni ta' l-akkwisti. Kif id-dejn tal-mara kkuntrattat ghall-manteniment taghha jkun, skondil-gurisprudenza, dejn tal-komunjoni ta' l-akkwisti, hekk ukoll, ghall-istess raguni, il-kreditur taghha ghall-hlas ta' manteniment huwa ukoll kreditur kontra l-komunjoni ta' l-akkwisti. Jekk ir-ragel ikollu assi partikolari tieghu, il-kreditur tal-mara ghall-manteniment ikun jezisti ukoll fil-konfront ta' dan l-assi partikolari ta' zewgha li jkun ittiehed ukoll in konsiderazzjoni meta l-Qorti tkun iffissat il-quantum tal-manteniment. Il-mara m'ghandhiex ghalfejn titlob ix-xoljiment tal-komunjoni ta' l-akkwisti sabiex tirnexxi fl-azzjoni taghha, u dan appuntu ghaliex il-kreditu reklamat ta'manteniment huwa ukoll kreditu kontra l-istess komunjoni. Lanqas m'ghandu jkun hemm deduzzjoni mis-sehem tal-mara fil-komunjoni ta' l-akkwisti ta' l-ammont mehud ghall-alimenti jekk u meta tkun ser tigi likwidata u diviza bejn il-mizzewgin il-komunjoni ta' l-akkwisti ezistenti bejniethom; ghaliex inkella l-kreditur tal-mara mizzewga ghall-manteniment ikun qed jigi mhallas minn sehemha fil-komunjoni ta' l-akkwisti. Skond il-Kodici tal-Procedura Civili it-talba ghall-esekuzzjoni provizorja tridissir b'rikors li ghandu jigi notifikat lill-kontroparti li jkollha jumejn tax-xoghol zmien sabiex tipprezenta risposta. Il-Qorti mbaghad, wara li tisma' l-partijiet, tiddeciedi r-rikors kemm jista'jkun malajr. Dawn id-disposizzjonijiet huma ta' ordni pubbliku u ghalhekk ghandhom jigu segwita adunguem".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni