Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 210

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/10/1990
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., HERRERA JOSEPH A., HARDING HUGH
Partijiet
CHARLES MANGION vs L-ONOREVOLI PRIM' MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Ir-rikorrent allega li kienu qeghdin jinkisru fil-konfront tieghu d-drittijiet fundamentali tieghu billi fil-kors ta' proceduri kriminali pendenti fil-konfront tieghu huwa kien qieghed isofri minn diskriminazzjoni li kienet ser twassal biex jigu lilu negat smigh xieraq. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili lliberat lill-Prim Ministry u lill-Ministru ta' l-Intern mill-osservanza tal-gudizzju u fil-meritu cahdet it-talbiet tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali rriformat fis-sens li ddikjarat lill-Prim Ministru kontradittur legittimu biex joqghod in gudizzju fil-kawza in disamina u kkonfermat fil-kumplament. Il-Prim Ministru ghandhu r-rappresentanza tal-Gvern in generali u bhala tali huwa persunalegittima f'gudizzju fejn jigi allegat ksur tad-dritt ghal smigh xieraq u diskriminazzjoni. Fil-meritu l-fatti mil-liema kien qieghed jilmenta r-rikorrent ma kinux jammontaw ghal diskriminazzjoni.Inoltre l-Qorti nnotat li biex diskriminazzjoni tkun vjetata taht il-Konvenzjoni Ewropeja jehtieg lidin tkun konnessa ma' ksur ta' xi dritt fundamentali iehor. Fil-kaz prezenti l-fatti mil-liema kien jilmenta r-rikorrent ma setghux iwasslu biex jigi lilu negat smigh xieraq fil-kawza pendenti kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni