Referenza: Volum 69 (1985), Parti Nru. 3, Taqsima 2, Paġna 463

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/07/1985
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING HUGH
Partijiet
LEONE GULIA vs ERNEST BORG GRECH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LEGAT TA' KREDITI NAXXENTI MINN IPOTEKI
Fil-Qosor
L-artikolu 2123 tal-Kodici Civili (irrevokat bl-Att XLVI ta' l-1973) kien jiddisponi inter alia li l-mara ghandha ipoteka legali generali fuq hwejjeg zewgha ghall-beni u kapitali parafernali taghha lijkunu gew ittrasferiti jew imdahhla minn zewgha. Jidher li l-ipoteki msemmija fic-citazzjoni mhumiex krediti imma jammontaw ghal drittijiet fuq il-beni ta' l-assi tar-ragel (Dott. Pace) a favur martu biex jaghmlu tajjeb ghar-responsabbilta' tar-ragel fil-kaz li dan naqas li jimpjega l-prezz tal-beni parafernali ta' martu nkassat minnu - u dan skond it-termini ta' l-artikolu 1390 tal-Kodici Civili - liema artikolu kien ghadu vigenti meta saru l-kuntratti msemmija fic-citazzjoni li taw lok ghall-imsemmija ipoteki. Dott. Pace, u llum il-konvenut bhala eredi tieghu, ma jkunux responsabbli ghar-rifuzjoni tas-somom inkassati bhala prezz tal-fondi parafernali ta' mart Dott. Pace jekk dawn kienudebitament impjegati minnu u anke, skond it-termini espressi ta' l-artikolu 1390, ma jkunux hekk responsabbli jekk l-istess somom kienu baqghu f'idejn mart Dott. Pace jew jekk hija stess iddisponiet minnhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni