Referenza: Volum 69 (1985), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 406

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1985
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
SCHEMBRI CARMELO, HARDING HUGH, AGIUS CARMEL A.
Partijiet
MILENA CARUANA CURRAN vs ONOREVOLI PAUL XUEREB BHALA CHAIRMAN IN RAPPREZENTANZA TA' MID-MED BANK LIMITED U B'NOTA TAL-21 TA' APRIL, 1982 L-AVUKAT DOTTOR JOSEPH M. BUTTIGIEG ASSUMA L-ATTI FLOK L-ONOR. PAUL XUEREB, U L-KUMMISSARJU TAT-TAXXI INTERNI.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL INCIDENTALI - ARTIKOLU 238 TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - ARTIKOLU 40 - ATT TA' L1973 DWAR IT-TAXXA TAL-MEWT U TAD-DONAZZJONI - ATT XLVII TA' L-1973 - DEPOZITU BANKARJU - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - SAVINGS ACCOUNT
Fil-Qosor
L-attrici kellha Savings Account mal-Bank u wara li miet zewgha il-Bank konvenuta irrifjutat illi tirrilaxxjah. L-ewwel Onorabbli Qorti laqghet l-istanza ta' l-attrici u ordnat lill-Bank jirrilaxxjal-flus favur taghha. Il-Qorti ta' l-Appell irritjeniet illi l-artikolu 40(1) ta' l-Att XLVII ta' l-1973 kien intiz biex jirregola l-proprjeta' mobbli milquta bi trasferiment taxxabbli u jiddisponi liebda persuna li jkollha fil-pussess taghha din il-proprjeta' mobbli ma tista' taghtiha lill-werriet, legatarju, donatarju jew xi persuna ohra li tibbenefika bit-trasferiment qabel ma tavza lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u dana jiddikjara bil-miktub li t-taxxa li ghandha tingabar dwarha tkun thallset. Id-depositu in kwistjoni huwa milqut bi trasferiment taxxabbli billi kien f'isem mara mizzewga u ghandu jigi prezunt li kien jappartjeni lill-komunjoni ta' l-akkwisti ga ezistenti bejn l-attrici appellata u zewgha stante li skond l-artikolu 1366(1) tal-Kodici Civili, dak kollu li r-ragel u l-mara jew il-wiehed jew l-ohra jippossjedu wara z-zwieg jidhol fl-akkwisti. Il-Qorti ghalhekk sabetilli l-artikolu 40(1) ta' l-Att ta' l-1973 applikabbli ghad-depozitu in kwantu kien jappartjeni mal-komunjoni ta' l-akkwisti bejn l-attrici u l-mejjet zewgha, irrevokat is-sentenza appellata u cahdetit-talbiet attrici u laqghet l-eccezzjoni tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Punt ta' procedura fil-kuntest storiku: Id-Dritt Processwali fil-mument kien jipprospetta biss Appell Incidentali fil-konfront ta' bejn parti u l-parti l-ohra. Fil-kaz taht ezami, l-Appell principali gie interpost mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u ghalhekk il-Banka konvenuta ma setghetx titqies bhala l-parti l-ohrau ghalhekk il-Qorti ta' l-Appell iddikjarat irritu u null l-Appell tal-Banka.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni