Referenza: 452/2014

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/02/2016
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIXTI GIOVANNI
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BARTOLO JOSEPH
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:99095
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ULTRA VIRES
Fil-Qosor
Il-Qorti tal-Appell Kriminali mhix kompetenti li tidhol fil-kwistjoni tal-validita' o meno ta' ligi.Ir-regolament fil-kwistjoni hawn devoluta dwar registrazzjoni ta' annimali huwa ligi skond l-artikolu 124 (1) tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 3(1) tal-Kapitolu 249 u ghalhekk sakemm ikun deciz mod iehor minn Qorti kompetenti, igifieri mill-Qorti Civili, bi procedura ohra, din il-Qorti hija fid-doverli tapplika l-ligi kif inhi. Huwa differenti l-kaz meta jintalab mill-Qorti dikjarazzjoni li ligi jew regolament m'ghadhomx fis-sehh ghaliex thassru jew kienu mibdula ghaliex f'dak il-kaz kien ikun fil-kompetenza ta' din il-Qorti biex taghmel tali ezami u taghti d-decizzjoni taghha. Fil-kwistjoni hawn devoluta, il-procedura korretta hi li l-appellant kellu jaghmel proceduri quddiem il-Qorti Civili u f'dak il-kaz, din il-Qorti, jew l-Ewwel Qorti, skond il-kaz, tissospendi l-kawza sakemm ikun hemm ezitu in rigward.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni