Referenza: 214/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT. P VASSALLO) vs FARRUGIA RITA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, AGGRAVJU GDID F`SEDE KRIMINALI - KOMPARIXXI, SA META TRID TIGI SOLLEVATA N-NULLITA` - KOMPARIXXI, ZBALL FI - SERQ, KURRENT ELETTRIKU - SERQ, KWALIFIKA TAL-MEZZ - QLIGH TA` METRES TAS-SERVIZZ TAD-DAWL
Fil-Qosor
F' dan il-kaz ic-citazzjoni ma kienetx tindika z-zmien li fih sar l-allegat reat mill-appellanti u lanqas ma kien hemm xi indikazzjoni taz-zmien meta dan l-allegat reat kontinwat gie skopert u mwaqqaf.

Il-Qorti ta` l-Appell irriteniet illi eccezzjoni tan-nullita` ta' l-avviz bazata fuq dawn in-nuqqasijiet kellha tigi sollevata in limine litis quddiem l-ewwel Qorti. L-eccezzjoni giet ghalhekk michuda peress illi giet sollevata tard wisq.

L-Artikoli 263 u 264 (1) tal-Kodici Kriminali, moqrija flimkien, fid-definizzjoni li jaghtu ghall-aggravju tal-mezz bhala ksur jghidu b'mod car li taht il-kelma 'ksur' huwa nkluz qligh ta' meters tas-servizz tad-dawl maghmul biex isir xi mezz qarrieq kif imsemmi fis-subartikolu (2) ta' l-istess Artikolu 264 tal-Kap. 9. Dan is-subartikolu (2) jghid li fil-kaz ta' ksur, u allura, qligh inkluz, ta' meters ta' l-elettriku, il-mezz qarrieq hu dakli permezz tieghu wiehed jista' jkollu l-konsum illegittimu tal-kurrent elettriku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni