Reference: 31/2001/1

Judgement Details


Date
31/05/2002
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
AQUILINA FRANCIS X vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - RITRATTAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - STADJU TAL-APPELL - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - ZBALL PROCEDURALI
Summary
Hu principju stabilit li anke fl-istadju ta' appell, fejn dan id-dritt hu koncess, is-smiegh tal-kawza jrid ikun ukoll wiehed xieraq, biex jigu salvagwardjati d-drittijiet fondamentali.

Biex wiehed japprezza jekk proceduri humiex xierqa jew le, wiehed m'ghandux ihares biss lejn xi nuqqasijietprocedurali li jokkorru imma jekk, fl-assjem taghhom, il-proceduri kienux jew le kondotti b'gustizzja fis-sostanza u fl-apparenza.

L-ilment tar-rikorrent kien li l-Qorti ta' l-Appell, iddecidiet il-mertu tal-Appell, qabel ma ddekretat ir-rikors fejn ir-rikorrent talab li jezebixxi provi godda. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili fis-sede Kostituzzjonali taghha kkunsidrat li kif graw l-affarijiet l-proceduri ma kienux xierqa (fair) u li r-rikorrent, allura appellant, ma nghatax smiegh xieraq.Ir-rikors prezentat mir-rikorrent seta` kien determinanti ghad-decizjoni fil-mertu ta' l-appell. Ghalhekk il-Qorti ma setghetx tghid li dan kien xi nuqqas procedurali insinifikanti, imma kien nuqqas li seta` kien determinanti.

Jekk ikun hemm xi dubji dwar id-disponibilita` tar-rimedju tar-ritrattazzjoni in vista tal-fatt li r-rimedju ta` ritrattazzjoni hu wiehed straordinarju u ta' strettissima interpretazzjoni il-Qorti iddecidiet li ma kelliex tiddeklina milli tezercita l-poteri kostituzzjonali taghha biex tassigura smigh xieraq lir-rikorrent una volta li ma kienx tant car jekk ir-rikorrent ezawriex jew le r-rimedji l-ohra miftuha ghalih taht il-ligi ordinarja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info