Referenza: 191/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
CARMELO CASSAR LIMITED vs BEZZINA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENJU, HTIEGA LI JSIR BIL-MITKUB - KONVENJU, KAPPARRA - KONVENJU, RAGUNI VALIDA GHAL HALL TA` - KONVENJU, RESTITUZZJONI TA` DEPOZITU AKKONT TAL-PREZZ
Fil-Qosor
Meta l-kliem ta' konvenzjoni, mehud fis-sens li ghandu skond l-uzu fiz-zmien tal-kuntratt hu car, mahemmx lok ghall-interpretazzjoni. Ghalhekk somma ta` flus li tithallas fuq konvenju m`ghandiex titqies bhala kapparra jew forfeitable deposit jekk mill-kitba innifisha dan ma jirrizultax.

Metal-effetti ta` weghda ta` bejgh jispiccaw kwalsijasi depozitu mhallas akkont mill-kompratur ghandu jigi rifuz lilu.

Kwalunkwe raguni valida fil-ligi tintitola l-kompratur prospettiv li ma jersaqx biex jiffirma konvenju u b'rizultat li mbaghad jkollu dritt ghar-rifuzzjoni ta' elf lira li kienet thallset bhala forfeitable deposit.

Hija raguni valida fil-ligi li persuna ma tersaqx ghall-pubblikazzjoni ta' kuntratt minhabba l-fatt li ma tkunx tista' ssehh kundizzjoni li fuqha jkunu ftehmu il-partijiet.

Il-kompratur ma jistax jigi kostrett jaffronta periklu, jkun kemm ikun mbieghed, ta' evizzjoni jew molestja. Il-kompratur ma ghandu ebda obbligu li qabel jiffirma l-konvenjujaccerta ruhu jekk il-fond huwiex kopert mill-permessi tal-bini. In-natura tal-konvenju fiha innfisha timplika zmien ta' accertament sabiex jigi verifikat li dak li kien qed jigi garantit lilu mill-venditur ikun rejalment ser jigi moghti lilu fuq il-kuntratt ta' akkwist, b'dan li meta wiehed ghandumotiv biex jirrecedi minn dik il-promessa, il-parti l-ohra ma tistax tobbliga l-esekuzzjoni tal-promessa anke jekk il-motiv ikun tnehha wara li jiskadi iz-zmien tal-konvenju, ghaliex kompratur ghandul-jedd li jesigi mhux biss garanzija tajba imma wkoll trasferiment ta' titolu tajjeb ta' proprjeta'fil-mument tal-kuntratt ta' akkwist. Hekk kif jiskadi l-konvenju, l-effetti tieghu jispiccaw kollhau kull parti terga' takkwista dik il-liberta' li kellha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni