Reference: 474/1997/1

Judgement Details


Date
29/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ATTARD CARMELA ET vs MICALLEF STEPHEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, LOCUS STANDI TAL-WERRIETA TA` PERSUNA LI TKUN MIETET F`INCIDENT - DANNI, MULTIPLIER - PERSUNA LI GHALQET IS-SITTIN SENA - DANNI, PRINCIPJU TA` DEPENDENCY - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - KOLLIZJONI, SKID RESPONSABILITA` GHAL
Summary
Dwar l-iskid jinghad, li skond il-gurisprudenza nostrali, tali azzjoni hija ghal kollox newtrali, fis-sens li fiha nfisha la tindika responsabbilita' u lanqas nuqqas taghha fir-rigward tas-sewwieq tal-istess vettura, izda sabiex wiehed ikun jista' jattribwixxi r-responsabbilita' ghas-sewqan kollha li kkawzaw l-istess skid, liema cirkostanzi ovvjament imbaghad jindikaw ir-responsabbilita' o meno fis-sewqan tal-persuni involuti.

Id-dritt ghar-risarciment ghad-danni hu dritt patrimonjali lijintiret bhall-ohrajn, u m'ghandux ikun modifikat ghax jghaddi b'wirt f'idejn is-successur, id-dritttas-successur huwa l-istess dritt li kellu l-awtur tieghu.

Ma ghandu jsir ebda tnaqqis mis-somma li ghandha tigi likwidata ghal dak li setghet tikkonsma il-vittima kieku hija baqghet hajja stante li dan it-tnaqqis ma jsirx fil-kaz ta' persuna li baqghet hajja u ghalhekk ma ghandux isir fil-kaz ta' persuna li tmut, u dan huwa konsegwenti tal-fatt guridiku li tali dritt ghar-risarciment tad-danni jintiret mill-eredi bla ebda modifika, u 'd-dritt tas-successur huwa l-istess dritt li kellu l-awtur tieghu. Jekk nghidu mod iehor inkunu qeghdin nergghu nghidu li aktar jaqbillu min isuq hazinisuq ftit aghar sabiex il-konsegwenzi tas-sewqan hazin tieghu jkunu aktar serji, sabiex lill-vittimijoqtolhom flok ikorrihom. Din hija haga li l-ligi zgur ma tridhiex; u ma ghandux ikun li min ghandujwiegeb ghal danni jghid mn'Alla qatilha lill-vittima ghax li kieku baqghet hajja izda inkapacitataghal kollox kien ikun aghar ghalih'.

Ma ghandu jsir l-ebda tnaqqis fil-persentagg solituta' 20 fil-mija ghall-'lump sum payment' jekk ma jkunux ghaddew aktar minn tlett snin mid-datatal-prezentata tac-citazzjoni u jekk ikun ghadda dan il-perijodu allura ghandu jsir tnaqqis ta' 2% ghal kull sena minn dik id-data.

Ghalkemm bhala regola din l-evalwazzjoni ghandha tigi applikata, pero' certament mhux sine qua non stante li dan jiddependi hafna fuq ic-cirkostanzi tal-kaz dequo, u hemm kazijiet fejn lanqas dan il-persentagg ghall-lump sum payment lanqas ghandha titnaqqas,ghaliex lanqas tirrifletti r-realta' tad-danni sofferti, u din id-decizzjoni ghandha tkun imhollijaf'idejn il-gudikant li jkun qed jezamina l-istess kaz fid-dettalji kollha tieghu, nkluz il-likwidazzjoni ta' danni sofferti.

Hawnhekk kien kaz ta` persuna anzjana ta` 82 sena li sfat mejta warali ttajret minn karozza. Il-Qorti illikwidat is-somma ta' Lm5000 arbitrio boni viri indipendentement minn kwistjonijiet ta` multiplier.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info