Reference: 704/1993/1

Judgement Details


Date
30/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BORG PL ADRIAN NOE vs CARBONE AGOSTINO S WINSTON NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PAULIANA, CONSILIUM FRAUDIS - ACTIO PAULIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PAULIANA, EVENTUS DANNI - ACTIO PAULIANA, PARTICIPATIO FRAUDIS - ACTIO PAULIANA, VANTAGG TAT-TERZ MHUX MEHTIEG
Summary
Biex tirnexxi actio pauliana l-attur irid juri li l-kuntratt li jkun qed jipprova jimpunja kien ta'pregudizzju ghad-drittijiet tieghu. Biex kreditur, pero', jithalla jintervjeni f'kuntratt li fih huma kienx parti irid fl-ewwel lok, juri li b'rizultat ta' dak l-att impenjat, id-debitur tieghu sar insolvibbli.. Id-duttrina u l-gurisprudenza, pero', ma jinsistux li huwa l-kreditur li jrid jesawrixxi r-rimedju kollha li ghandu kontra d-debitur, izda li d-debitur jista', jekk irid, ixejjen l-azzjoni paoliana billi jindika lill-kreditur assi ohra tieghu li fuqhom il-kreditur jista' jesegwixxi. Hud-debitur li jrid juri li hu solvibbli, u mhux il-kreditur li jrid juri li d-debitur tieghu huwa insolvibbli. Fi kliem iehor, il-ligi taghti lid-debitur, id-dritt li jecepixxi l-"benaficium escussionis" billi, b'nota ppresentata fl-atti tal-kawza, jindika assi ohra ta' valur sufficjenti biex taghmeltajjeb ghall-kreditu ta' l-attur. Jekk jirrizultaw assi sufficjenti, jonqos l-element tal-eventus danni li hu wiehed mill-elementi ta' l-azzjoni paoliana.

Element iehor ta' l-azzjoni, huwa l-consilium fraudis, li mhux l-istess bhal l-animus nocendi. Fil-fatt, dan l-animus mhux mehtieg, u kull ma hu necessarju hija l-kuxjenza li b'dak l-att qed jigi ddanneggjat l-interessi tal-kreditur. L-element tal-consilium fraudis jikkonsisti fix-xjenza illi bl-att tkun qeghda tigi determinata l-insolvenza jew imnaqqsa s-solvibilita' tad-debitur, u ma jirrikjedix l-intenzjoni li jigi defrawdat il-kreditur.

Ghar-rigward ta' l-element tal-participatio fraudis da parti tat-terz, dan jinkonkorri kull meta huwa jaf li qieghed jaghmel negozju guridiku li huwa ta' hsara ghall-kreditur. Bi froditat-terz akkwirent ghandu jiftiehmu in-notizja li dan kellu ta' l-istat tad-debitur.

Ir-rekwizit ta' xi vantagg da parti tat-terz mhux mehtieg ghall-ezercizzju ta' din l-azzjoni. Kull ma hu mehtieg, huwa li jkun hemm il-konoxxenza tal-fatt li bl-att impunjat ikun qed jinholoq pregudizzju ghall-kreditur.

Hawnhekk gie ritenut li kuntratt maghmul bejn zewg socjetajiet kontrollati mill-istess persuni kien gie maghmul bi frodi tad-drittijiet tal-bank attur fil-konfronti ta` wahda minnhom. Il-Qorti wara li rriskontrat l-elementi tal-actio pauliana laqghet it-talbiet attrici ghat-thassir tal-kuntratt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info