Reference: 584/1997/1

Judgement Details


Date
29/05/2002
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
DEBONO MARIA vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV
Summary
Il-proviso tas-subinciz 2 ta' l-Art. 46 tal-Kostituzzjoni u ta' l-artikolu 4 ta' l-Att XIV ta' l-1987, jipprovdu ghall-ezercizzju ta' diskrezzjoni mill-Prim'Awla fis-Sede Kostituzzjonali taghha li tirrifjuta s-setgha taghha "jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel". Ezercizzju ta' diskrezzjoni wiesgha li l-Kostituzzjoni gustament tinvesti fil-Qorti fl-ewwel grad, li ghandha kompetenza originali esklusiva biex tinvesti kazijiet ta' din ix-xorta, u dana sabiex tassigura li l-process gjudizzjarju kostituzzjonali ma jigix abbuzat. Ezercizzju ta' diskrezzjoni li hi taghmel meta u wara litkun sodisfatta li mezzi xierqa ta' rimedji ghall-ksur allegat kienu jew huma disponibbli favur il-persuna rikorrenti skond xi ligi ohra. Sodisfazzjoni li jehtieg li jkun bazat fuq stat ta' fatt attwali u objettivament stabbilit tad-disponibilita' ta' rimedju ghall-ksur allegat u li, fil-kostatazzjoni tieghu, ma kien jippermetti l-ebda element diskrezzjonali. Id-decizjoni li taghmel dik l-ewwelQorti dwar jekk huwiex jew le disponibbli, jew jekk kienx jew le disponibbli rimedju xieraq tahtxi ligi ohra, hi ghalhekk decizjoni fuq dan l-istat ta' fatt.

(a) Meta huwa car li hemm mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex ikollu rimedju ghad-dannu li qed jillamenta, bhala principju generali dawn ghandhom jigu adoperati, u r-rikors ghall-organi gudizzjarji ta' natura kostituzzjonali ghandu jsir wara li l-ordinarji jigu ezawriti jew meta ma humiex disponibbli.

(b) Il-Qorti Kostituzzjonali sakemm ma jirrizultawx ragunijiet serji u gravi ta' illegalita' jew ta' gustizzja jew ta' zball manifest, ma tiddisturbax l-ezercizzju ta' diskrezzjonalita' ta' l-ewwel Qorti konferit mill-artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni.

(c) Kull kaz ghandu l-fattispecie partikolaritieghu.

(d) Meta r-rikorrent ma jkunx ghamel uzu minn rimedju li setgha kellu, dan ma jfissirx li l-Qorti ghandha tikkonsidra li m'ghandhiex tezercita l-gurisdizzjoni taghha jekk, dak il-possibbli rimedju ma kienx pero' ser jirrimedja hlief in parte l-lanjanzi tar-rikorrent;

(e) Meta r-rikorrent ma jkunx ezawrixxa r-rimedji ordinarji, jekk pero' dan in-nuqqas ikun ikkontribwixxa ghalih l-operat ta' haddiehor, allura ma jkunx desiderabbli li l-Qorti tieqaf u ma tipprocedix bit-trattazzjoni tal-kaz;

(f) Meta l-ewwel Qorti tezercita d-diskrezzjoni taghha u tieqaf mit-trattazzjoni minghajr ma tezamina l-materja necessarja li fuqha dik id-diskrezzjoni ghandha tigi ezercitata,il-Qorti tat-tieni grad ghandha twarrab dik id-diskrezzjoni".

Hu biss meta tirrizulta bhalafatt l-accessibilita' ta' rimedji ohra taht xi ligi ohra fit-termini ta' din id-disposizzjoni, li l-Ewwel Qorti tista' tiddelibera jekk kellhiex tiddeklina li tezercita' s-setghat taghha, jekk hekk ikun jidhrilha desiderabbli li taghmel. Li jfisser illi:

(1) fejn jirrizulta li ma hemmx u makienx hemm tali rimedju taht xi ligi ohra, il-Qorti kienet obbligata li tiehu konjizzjoni tal-mertukostituzzjonali;

(2) Fejn jirrizulta li hemm jew kien hemm rimedju, il-Qorti tista' xortatiddeciedi li tinvesti l-mertu jew setghet, jekk hekk jidhrilha desiderabbli li taghmel, tiddeciedili tiddeklina li tezercita s-setghet taghha. Poter diskrezzjonali li hu notat li l-Prim'Awla ma ghandhiex, u ma kellhiex, tezercita' fejn jirrizultalha li l-applikazzjoni kienet semplicement frivolau vessatorja ghaliex f'dan il-kaz il-Kostituzzjoni tuza t-terminu "ghandha", u mhux " tista'"

Il-principju kostituzzjonali huwa li l-Qorti Kostituzzjonali hi marbuta li taghti rimedju fejn tkun sodisfatta li ma jkunx hemm rimedju xieraq u adegwat taht xi ligi ohra.

Il-Prim Awla tal-Qorti Civili ghandha diskrezzjoni li taghzel li tiddeklina li tezercita s-setgha taghha jekk hi sodisfatta li kien hemm mezzi xierqa ta' rimedju ta' l-allegat ksur jew ghadhom disponibbili favur ir-rikorrent taht xi ligi ohra.

Pero' mhux eskluz lanqas li taghti rimedju kostituzzjonali fil-kazijiet fejn anke jirrizulta li r-rikorrent kellu xi rimedju taht xi ligi ohra.

Il-Kostituzzjoni tqis rilevanti l-ksur tal-jedd fondamentali fih innifsu u mhux ir-rimedju jew rimedji accessiblighall-parti leza.

L-istharrig gudizzjarju ta` eghmil amministrattiv huwa ampjament trattat taht l-Artikolu 469A tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta u ghalhekk in-nuqqas tar-rikorrent li uza danir-rimedju ordinarju ghandu normalment iwassal sabiex il-Prim' Awla tal-Qorti Civili fis-sede kostituzzjonali taghha tiddeklina milli tezercita s-setghat tagha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info