Reference: 527/2012

Judgement Details


Date
14/01/2015
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs BRIFFA DANIEL
ECLI
ECLI:MT:AKI:2015:92011
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCESS LEGITTIMA DIFIZA
Summary
F'dan l-appell kien hemm akkuza ta' tentattiv ta' omicidju. Il-Qorti irrimarkat li l-akkuzat kien ghadu kemm tajjar il-mirja ta' zewg karrozzi, gie konfrontat minn Nezar El Gadi li kien bilqieghda f'wahda mill-karrozzi. L-akkuzat kien bir-rota u El Gadi ghalaqlu triqtu bil-karrozza. El Gadi nizel mill-karrozza u kkonfrontah minhabba l-hsara fil-karrozza; jammetti li dak il-hin kellu naqra demmu shun. Skond l-akkuzat, El Gadi qabdu mill-flokk u ma ried jitilqu b'xejn. Kien f'dan il-mument li xejjer bic-cwievet li kellu f'idejh u laqat lil El Gadi. Jidher illi El Gadi baqa' jzomm lill-appellat ugibdu lejn id-dar tal-familja Mifsud. Il-Professur Sir Anthony Mamo jghid illi “in deciding whetherthere was actual necessity of self-defence, the test should be ‘subjective'. The danger against which the accused reacted should be viewed not necessarily as it was in truth and in fact, but rather as he saw it at the time.” L-incident kien qieghed isehh bil-lejl ghall-habta tas-1.30/2.00. L-akkuzat kien qieghed jiffaccja sitwazzjoni fejn persuna li ma kienx jafha kienet imblukkatlu t-triq u middet idejha fuqu. Fic-cirkostanzi l-akkuzat beza' ghall-inkolumita` tieghu.Ghalhekk irrizultaw l-elementi kollha ta' legittima difiza, b'dan illi, fil-fehma tall-Qorti, ir-reazzjoni tieghu ma kinitx proporzjonata ghal dak li sa dak il-mument kien sehh. Ghalhekk dan kien kaz ta' eccess ta' legittima difiza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info